Għix il-passjoni minn lenti ta' bniedem li nzerta fil-ġrajja bla ma jaf

Yeshua Minaż'rat qed jittella’ minn 4teenth production u fih se jkunu qed jieħu sehem fost l-aqwa atturi

F’Ħal Qormi, bejn illum u nhar il-Ġimgħa l-Kbira se tkun qed tittella’ pageant tal-passjoni b’differenza, mhux biss għax se ssir f’xelter tal-gwerra imma anke għax l-udjenza se tieħu sehem.

Fil-fatt, l-udjenza mhux se tkun bilqiegħda iżda se timxi mal-personaġġi t-triq tal-passjoni u l-personaġġi se jibqgħu dejjem qalb l-udjenza.

Yeshua Minaż'rat qed jittella’ minn 4teenth production u fih se jkunu qed jieħu sehem fost l-aqwa atturi.

Id-deskrizzjoni ta’ dan id-dramm tal-passjoni titkellem waħedha: “Hemm kundanna ta’ bniedem li f’xi waqtiet ser tkun mal-Fariżej, f’xi waqtiet ser tkun fit-triq u se nwarrbuk biex jgħaddi Ġesù u f’xi waqtiet se tara b’għajnejk il-ġrajja sseħħ quddiemek – mill-lenti ta’ meta bniedem jinzerta fi ġrajja bla ma jkun jaf. Għalhekk din is-sena mhux se ssegwieha imma se tkun fiha.”

Id-dħul se jkun minn ħdejn il-Knisja Parrokjali ta’ San Ġorġ. Illejla u għada tibda mit-8:00pm ‘il quddiem. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira ir-rappreżentazzjonijiet se jsiru bejn id-9:00am sa nofsinhar.

Kull rappreżentazzjoni hija marbuta b’ħin. Iżda sakemm tistenna biex tidħol tista’ żżur diversi wirjiet fil-madwar.

More in Divertiment