X'jgħidu l-istilel tiegħek din il-ġimgħa?

L-Oroskopju li jaqleb mill-Ħadd 25 ta’ Marzu sal-Ħadd l-1 ta’ April

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Aquarius dan il-perjodu se joffrilek opportunità pożittiva immens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat int se tiltaqa’ imma jekk dejjem int temmen fik innifsek aktar, int kontra kollox tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa żmien fl-astroloġija li għalik sabiex int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 29, 30 u 31

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Pisces int trid toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tati dik l-importanza mixtieqa trid tagħraf li qiegħed kantuniera bod minn Taurus u minħabba hekk trid toqgħod ftit aktar attent. Aħjar tkun ftit aktar imħejji u ovvjament tagħti ftit aktar attenzjoni sabiex int tkun tista’ tissaħħaħ aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħ

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra

Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għall-istess Aries, għalik dan ser ikun ifisser li trid trattab aktar ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall-ieħor dan għaliex taħt dan iż-żodijaku aktar minn qabel ser ikun effettiv ċertu ebusija fik u dan jaf ikun ta’ ħafna xkiel kemm mil-lat ta’ karriera wisq aktar jekk int għandek relazzjoni. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 29, 30 u 31

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Taurus ser ifisser xi ftit ta’ taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek ħalliha ġol-kexxun! Sabiex int tkun tista’ timxi fuq dak li taħseb bil-għaqal bil-moħħ u jekk int jirnexxielek tagħmel dan se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kieku kont tuża l-qalb. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 29 u 30

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Gemini huwa l-waqt li se joffrilek toroq miftuħa ta’ opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv għalik però int trid tkun moħħok ferm iffokat sabiex tkompli tibrilla.Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 31

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Cancer dan ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta’ dak li int qiegħda tiffoka fuqu. Issa int se tkun iffokat fuq dak li hemm madwarek aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ. Però trid tagħraf li żżomm bilanċ mat-tkomplija tal-ħajja ta’ madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29,  30 u 31.

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Leo se jgħinek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek f’dak il-perjodu tagħraf timxi fuq il-pariri ta’ ħaddieħor. Li tisma’ parir dejjem huwa ta’ linja gwida imma asal s’hemm. Issai int għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għal konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta’ ħadd. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal  Virgo ser ikun mument aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu u hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta’ stabbiltà agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar kemm fil-karriera jew fil-ħidma li topera. Tagħraf aktar sabiex issib spazju għalik fejn anke tagħmel l-eżerċizzju li għandek bżonn. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 28, 29 u 31

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Libra ser ikun mument li fih tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu direttament lilek. Għalhekk ikun tajjeb li dan il-perjodu ddur dawra madwarek sabiex meta jasal mument ta’ aktar perfezzjoni fil-karriera int tkun aktar imħejji. Aktar ma tkun imħejji aktar tagħraf tilqa’ dawn il-pressjonijiet. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Scorpio huwa perjodu li fih trid toqgħod ferm attent kif tagħraf tiddeċiedi f’okkażjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk int trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal  Sagittarius se jkun perjodu li se jkun xi ftit imfixkel għalik bejn dak li int kellek fl-imħabba tal-passat għal dik li għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu fik ftit ta’ konfużjoni għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent għax jekk se titfa’ l-ħsibijiet lura għall-passat taf tiftaħ ferita. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta’ Aries għal Capricorn dan se joħloq xi ftit tensjoni madwarek mis-soltu. Dan l-aktar li ħa jaffettwak hwua kemm mal-ħbieb tiegħek imma jaf ikun aktar f’relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafna aktar f’nervi u bħal qisu tara kollox ġej ħażin. Imma agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikumbatti u b’hekk int tissaħħaħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  26, 28, 29 u 31

L-istilla li ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li joffru

More in Divertiment