![[It-tieni parti] L-eroj gwappi ta’ azzjoni sfiqa](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/eroj_tal-azzjoni_2.png)
Ritratti | Għal uħud mid-dilettanti l-Karnival 'spiċċa qabel beda'
Matul il-lejl li għadda, diversi karrijiet ġarrbu ħsara kbira

Id-dilettanti tal-Karnival żgur se jibqgħu jiftakru l-Karnival ta' din is-sena, mhux minħabba s-suċċess iżda għax għal uħud minnhom, il-Karnival spiċċa qabel beda.
Diversi dilettanti tal-Karnival, speċjalment dawk li jarmaw il-karrijiet fil-Belt Valletta, tefgħu ritratti li juru l-ħsara li ġarrbu l-karrijiet.

Tant kemm ġarrbu ħsara, li wħud minn dawn il-karrijiet ma jistgħux jintużaw fil-ġranet li fadal.

Karrijiet oħra, li jintramaw barra l-Belt, ittieħdu għall-kenn taħt tinda li nbniet apposta fil-Marsa u wieħed jittama li jkunu jistgħu jitgawdew minn għada.

Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil, ikkonferma ma' Illum.com.mt li l-programm tal-lum kellu jitħassar ukoll anke għax hemm ħafna "ħsara teknika."
Il-ballu tal-Karnival, li kellu jsir għall-ewwel darba llejla fi Pjazza Tritoni, se jsir għada filgħaxija.
