L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, skont l-oroskopju kif imwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jwassallek aħbar li ilek tistenna, aħbar li suppost ilek ippreparata għaliha. Din l-aħbar se ġġib il-bidla imma ftakar li l-bidla tkun ta’ ġid sabiex inti dejjem tibqa’ motivata. Tagħtix kas ta’ xi kliem negattiv li int tista’ tisma’ imma kompli saħħaħ dak li kont ilek tippjana sabiex tagħti risposta kemm lil ta’ madwarek u anke biex tħossok kunfidenti miegħek innifsek.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jġiegħlek tħossok miexi kontra l-kurrenti imma jekk tagħraf tifhem aktar lilek innifsek din is-sitwazzjoni tista’ ddawwarha favur tiegħek sabiex b’hekk int mhux tħalli l-kurrent ikaxkrek imma tiġi favur il-kurrent u timxi bl-abbilità tiegħek. Barra dan hemm xi tibdil riesaq lejn il-karriera tiegħek. Li tafda huwa ta’ gwadann imma trid tagħraf dak li jeħtieġlek twettaq.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun ta’ tfixkil mill-konċentrazzjon li int magħruf għaliha. F’dan il-mument trid tieqaf mill-għaġġla li int magħruf għaliha sabiex tkun tista’ tiffoka kemm fuq il-karriera tiegħek kif ukoll fuq ir-relazzjoni ta’ mħabba. Mhux sejra tkun faċli għalik minħabba l-pressjoni imma jekk int tagħraf tirrifletti ssib kontroll tagħha. Tidħolx f’xi ħaġa iktar problematika.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt          

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jkun bidu ta’ serħan il-moħħ f’dik il-ħidma li int twettaq u dan ser ikompli fil-ġimgħat li ġejjin. Toqgħodx tibża’ jew tinkwieta basta ovvjament tagħmel dan kollu bi ħsieb tajjeb. Għandek fażi tajba ferm riesqa lejk. Xorta waħda trid tagħraf iżżomm saqajk mal-art u tibqa’ umli kif dejjem tkun. B’dan kollu int tista’ tkompli miexi għal aktar tkattir madwarek għall-ispirazzjoni li tixtieq tilħaq.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jkabbarlek l-esperjenza dwar il-pass ġdid li għadek kif ħadt. Toqgħodx tinkwieta għax forsi ma kienx tant pożittiv kif fil-fatt xtaqt. Dan m’għandux iwaqfek milli tkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Din l-esperjenza li għaddejt minnha ħudha bħala tagħlima sabiex tagħraf fejn trid tirranġa. Issa żmien tajjeb ukoll sabiex tagħti ftit spazju għar-relazzjoni ta’ madwarek. Agħraf li din ukoll trid l-attenzjoni tiegħek

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jkun bidu ta’ ħsieb ta’ mmaniġjar f’dak kollu li hemm madwarek għax-xhur li ġejjin. Għandek bżonn tinġabar ftit waħdek sabiex tanalizza l-karriera. Hemm bżonn ta’ aktar twettiq u tfassil u minn hawn tara xi jkun il-pass li jmiss tagħmel. Dan huwa perjodu li fih għandek tirrifletti l-kalkoli finanzjarji b’għaqal sabiex tkompli tissaħħaħ aktar.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn  Sagittarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jdaħħlek ftit fil-passat tiegħek. Dan ser iġiblek ċertu memorja imma mhux il-waqt li terġa’ tmur lura fil-passat. Int ħarist ’il quddiem u mxejt u issa għandek tibqa’ tagħmel dan. Lura m’għandekx għax terġa’ tmur u għalhekk uri l-karattru sod tiegħek u żomm il-passat fil-passat u l-preżent mal-futur. Ftakar kif kont fil-mument. Din il-meta li int għandek dejjem tħares lejha.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Dan huwa l-mument tiegħek, issa li int tinsab fiż-żodijaku ta’ Virgo, għandek dik l-enerġija li tagħraf aktar il-potenzjal tiegħek. Għandek aktar linja gwida ta’ tisħiħ fir-relazzjoni li għandek. Tagħtix kas xi kliem li se tisma’ mingħand is-suppost ħbieb ta’ madwarek, għax aktar milli taf int u xi tħoss int żgur ma jħossux huma. Għalhekk din is-sitwazzjoni għandha tagħtik direzzjoni aktar stabbli f’dak li int tixtieq biss għall-ġid tiegħek.

Iż-żodijaku ta’ Leo se jiftaħlek toroq li int kont tara bħala impossibbli li jinfetħu.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jwasslek f’xi pjan ta’ xi forma ta’ ftehim li int kellek f’moħħok li kont se twettaq fiż-żmien qarib iżda jaf ma jseħħx. Issa dan se jkun ta’ vantaġġ għalik sabiex tkompli tirrifletti fuq il-pjan f’aktar dettall u hemm il-possibbilità li meta tifli aktar dwar dan il-pjan tagħraf li kien utli ħafna li kellek iż-żmien sabiex finalment tasal għall-ftehim. Bis-saħħa ta’ hekk int irriflettejt x’eżattament trid minn dan kollu.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jwasslek għal deċiżjoni li int wasalt biex tieħu. Agħraf li teħodha. Aktar ma int se ddum biex tieħu din id-deċiżjoni aktar din se taffettwak ’il quddiem. Int bħala Scorpio għandek il-mezzi kollha disponibbli li dak li tagħraf jiġik kif tixtieq u din id-deċiżjoni li għandek tieħu fiż-żmien li ġej ser  tara l-frott tagħha. Ovjament kollox irid iż-żmien sabiex tingħaraf l-utilità tad-deċiżjoni.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Tnejn

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jġiegħlek tagħraf tkun kawt fl-imħabba li sibt. Tgħaġġilx. Il-passat għandu jservik ta’ gwida, għalhekk tajjeb li f’din il-bidu tar-relazzjoni tuża aktar moħħok milli qalbek għax b’hekk tkun tista’ tagħraf dak li hemm madwarek. Kull qamar il-għasel huwa sabiħ imma kollox jibda jsir aktar reali wara li jgħaddi dan il-perjodu. Jekk timxi b’moħħok ma tkunx dħalt f’qassata oħra. Agħraf sew. Tgħaġġilx.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Virgo se jwasslek sabiex tagħraf li fil-ħajja xi kultant nibdew nagħtu importanza lil ċetu sitwazzjonijiet li mingħalina jkunu ta’ importanza. Imma dawn jafu jkunu aktar ta’ xkiel minn dak li vera għandna nkunu kkonċentrati fuqu. Għalhekk bħalissa prova ara x’inhu l-aktar importanti għalik f’dak li qed idur madwarek. Agħraf sabiex ma tinħelif fuq sitwazzjoni li ma fihiex futur jew importanza. 

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se tagħtik appoġġ morali din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment