L-Oroskopju

Aqra dwar xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Aquarius se tkun fażi sabiex tagħraf kemm l-imħabba ta’ madwarha mhix xi ħaġa garantita għal dejjem u ma rridu nieħdu xejn forgranted għax dan ikun żball fatali meta tieħu din il-pożizzjoni. Għalhekk in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans sabiex l-imħabba madwarek tagħtiha ċ-ċans li titqawwa.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Pisces se tkun fażi ta’ riflessjoni dwar eżattament xi trid u fejn trid tasal f’ħajtek. Dan se jkun minn diversi aspetti però l-aktar aspett importanti huwa sa fejn se tiftaħ lilek innifsek fl-involviment ta’ madwarek. Imħabbtek trid tkun tirrifletti l-vera sentiment li tista’ twassal. Dan in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans tara sa fejn int se twassal f’dawn iż-żewġ aspetti.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Aries se tkun fażi opportuna sabiex trattab lilek innifsek. Fil-każ tiegħek dan jgħodd kemm għall-imħabba tiegħek lejn ir-relazzjonijiet li għandek ma’ dawk ta’ madwaerek li huma viċin sewwa tiegħek. Dan huwa perjodu sabiex l-imħabba tiegħek tkun waħda sensittiva skont il-każ li int tkun fih. Għalhekk in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans tkattar is-sentimenti tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt          

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Taurus se tkun fażi tajba għall-ippjanar u t-titjieb tal-karriera tiegħek. Xi kultant fil-ħajja jrid ikun hemm għarfien ta’ dak li int għandek l-aktar għal qalbek. Trid tara x’inhu l-aktar importanti madwarek u għalhekk fin-New Moon ser ikollok iċ-ċans terġa’ taqbad it-triq sabiex ħajtek tkun aħjar u aktar soda.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Gemini se tkun fażi ta’ riflessjoni qawwija bejn il-passat u l-preżent. L-imħabba għalkemm għal Gemini suġġett ftit diffiċli biex ikun impoġġi fuq l-aġenda tagħhom għax huma persuni okkupati f’diversi aspetti tal-ħajja, dan in-New Moon imma se jagħtik iċ-ċans tagħmel evalwazzjoni ta’ kemm l-imħabba hi importanti fil-ħajja madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Cancer se tkun fażi ta’ kuraġġ f’dak li verament tixtieq jew twettaq fil-karriera tiegħek għalkemm dan jista’ jkun mument xi ftit ikkumplikat għalik imma żgur li jekk tagħraf dan jaf ikun importanti f’dak li int għandek ippjanat. Għalhekk dan in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans li jimlik b’aktar kuraġġ sabiex dak li verament jixraqlek ikun imwettaq. Ħares ’il quddiem biss.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Leo se tkun fażi ta’ opportunità ta’ tkabbir u stabbilità madwarek. Dan ser ikun mument importanti għalik għax ser ipoġġik f’qagħda aħjar minn dak li kont u ovvjament kif dejjem xtaqt li int tkun. Għalhekk dan in-New Moon ser jagħtik iċ-ċans li int tkun f’aktar pożizzjoni soda minn qabel għall-investiment ta’ tkabbir li riesaq lejk

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Virgo se tkun fażi ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek taddatta aħjar. Mhux għax għandek xi ħaġa ħażina imma int trid tagħraf aktar kemm hi importanti l-imħabba li għandek, kemm hi ta’ valur (mhux finanzjarju !) imma valur għal ħajtek. Għalhekk fin-New Moon se jkollok opportunità tikber u tagħraf dak li hemm fl-imħabba madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Libra se tkun fażi ta’ indikazzjoni ta’ kif għandek tibni aktar lilek innifsek viċin dawk li joffrulek rispett. Dan huwa mument fejn int se tagħraf kemm trid tagħti aktar spazju għal dawk l-għeżiż ta’ madwarek sabiex tkun aktar magħqud. Għalhekk dan in-New Moon se joffrilek żmien importanti sabiex jekk għandek xi nuqqas bħal dan tirranġah u aħseb sew biex tagħraf lilek innifsek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Scorpio se tkun fażi fejn in-nuqqas ta’ motivazzjoni madwarek toffrilek spazju sabiex tkabbar il-għaqda tant meħtieġa li għandek bżonn imma li sfortunatament hi xi ħaġa ftit nieqsa bħalissa. Għalhekk fin-New Moon se jkollok l-opportunità kollha sabiex dak li hemm nuqqas tiegħu jerġa’ jibda jikber u jissaħħaħ. Titlifx dan il-mument li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Sagittarius se tkun fażi fejn ser taħseb fil-passat sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li llum għandek madwarek u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat. Anzi trid tagħmel bil-kontra; tqawwi aktar lilek innifsek f’dak li għandek fil-preżent. Għalhekk dan in-New Moon se joffrilek dik il-qawwa fik innifsek sabiex tkompli tkabbar u issa tħares lejn futur aktar pożittiv.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku fin-New Moon f’Capricorn se tkun fażi ta’ taqbida bejn dak li sarraft fil-passat għal dak li għandek illum. Bid-differenza li issa int se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek waħda aktar soda u aktar ta’ importanza sabiex minn dak li tgħallimt tkattar dak li għandek illum. Għalhekk dan in-New Moon ser ikun  il-mument opportun sabiex ċertu taqbid tevitah u ma tħallihx ifixklek. Kun aktar int.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fin-New Moon se tkun ta’ ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment