L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla ta’ Aquarius se toffri mument ta’ riflessjoni dwar dak li hemm għaddej. Għalkemm tħossok xi ftit konfuż u ma tafx eżatt x’taqbad tagħmel xorta tris tibqa’ kawt u taħseb fil-fond fuq dak kollu li qiegħed idur madwarek. Dan għandek tagħmlu bil-galbu sabiex tagħraf tieħu deċiżjonijiet tajba. Għandek bżonn tagħmel ftit ta’ riflessjoni sabiex tkun tista’ tagħraf aħjar il-pass l-aktar għaqli għalik. Irrifletti

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla Pisces se tkun mument ta’ ħsibijiet profondi fuq dak li qed taspira għalih; dak li ġej fil-karriera tiegħek. Int qiegħed tagħraf li ser ikun hemm żviluppi ġodda fil-karriera tiegħek u dan ovvjament ser jaffettwa tibdil. Li għandek madwarek trid tkun żgur li żżommu f’keffa waħda. Għalhekk barra li trid issib biżżejjed spazju għalik innifsek u għall-imħabba, agħraf li tkun ikkonċentrat.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla Aries ser tkun mument ta’ tensjoni minġħabba dak li ġej. Agħraf sabiex ma tinqabadx taħt il-pressjoni tat-tensjoni u bħal qisek ma tħossokx f’postok kompletament. Kun af li din il-fażi ser tkun għal ftit ġimgħat u tgħaddi. Int ma trid tkabbar dak li jkun għaddej madwarek għax jekk tagħmel hekk ovvjament taf tkabbar iż-żejjed. Agħraf biex tħossok aktar int.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta       

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istila Taurus ser tkun mument ftit kalm f’dak li tkun trid twettaq. Fejn is-soltu tkun agressiv sabiex twettaq dak li trid, issa tħoss ċertu kalmezza li taf tħasbek xi ftit. Toqgħod tinkwieta xejn għax dan mhux tort tiegħek. Però hija fażi li fiha trid tagħraf li ma teħilx. Għalhekk kompli miexi u ħares ’il quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla ta’ Gemini ser tkun mument ta’ pressjoni. Dan ser jiġri minħabba l-ħafna proġetti li għandek u li trid twettaq. Dan ovvjament se joħloq pressjoni madwarek li taf ukoll tagħmlek xi ftit nervuż. Imma int li taqa’ taħt l-istilla ta’ Gemini taf tagħraf tegħleb kollox u għalkemm il-pressjoni tibda tikber, int se tagħraf issib il-kontroll tagħha wkoll. Agħraf sabiex int tibni fis-sod.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla Cancer ser tkun mument ta’ eċitament minħabba dak li int tixtieq tara lest. Imma ċertu sitwazzjonijiet li xi kultant ħadd ma jkollu kontroll fuqhom jaf jikkawża tibdil fil-pjanijiet. Dan mhux ser ikun fit-tul għax f’dawn il-ħmistax li ġejjin ser tinnota ċertu ċaqliq u hekk tkun tista’ twettaq il-pjan komplut tiegħek. Dan ser jagħmlek kburija.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Din il-fażi ta’ żodijaku għall-istilla Leo, ser tkun mument ta’ aktar enerġija u dan sabiex tkompli ssaħħaħ dak li hemm ġej għalik fiż-żmien qarib. Għalhekk sabiex tkun imħejji aktar mis-soltu, biex tlaħħaq aktar ma’ dawk is-sitwazzjonijiet ġodda li resqin trid tħejji ruħek aktar. Hekk tkun tista’ tevita xi żelqa minn dak kollu li għandek madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla Virgo se tkun fażi ta’ tħejjija dwar dak li int qed tippjana. Però din it-tħejjija taf tkun xi ftit aktar delikata mis-soltu. Ovvjament fejn is-soltu ma tantx tħobb tkun iffokat, din id-darba se tara d-differenza għax se tkun involut sal-inqas dettall sabiex kollox imur sew u hekk int se tara d-differenza kif kont tħejji fil-passat għall-preżent u dan se jawguralek futur b’saħħtu.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo għall-istilla Libra ser tkun mument ta’ aktar bilanċ f’dak kollu li għandek madwarek. Għalkemm int tagħmel dak kollu possibbli sabiex tagħraf iżżomm il-bilanċ, dan l-aħħar xi ħadd madwarek ġibidlek l-attenzjoni li forsi trid tkun aktar bilanċjat f’dan il-perjodu tant delikat. Aktar ma int iżżomm il-bilanċ f’dak li hemm madwarek aktar ser tkun sod.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla ta’ Scorpio ser tkun fażi ta’ aktar riflessjoni dwar saħħtek. Huwa żmien li int għandek iddur ftit aktar miegħek innifsek speċjalment rigward saħħtek. Agħraf sib il-ħin sabiex tibda xi forma ta’ eżerċizzju, mixi jew gym, l-aqwa li int issib spazju sabiex tagħmel l-eżerċizzju.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla Sagittarius ser tkun mument ta’ tkattir fir-relazzjoni li int għandek fil-preżent. Dan il-mument se jkun tajjeb biex tagħraf ukoll xi nuqqasijiet li għandek. Għalhekk agħraf sabiex tibda tirranġahom. Dan se jsarraf sabiex int tagħraf kem ir-relazzjoni tista’ tkun aħjar minn dak li llum hi. Basta li tagħraf il-punti li hemm bżonn jiġu rranġati għax hekk biss tissaħħaħ.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Din il-fażi taż-żodijaku ta’ Leo, għall-istilla ta’ Capricorn, se tkun fażi ta’ bidla rigward il-mod ta’ kif tara lilek innifsek. Għandek tagħraf ukoll min huma l-vera persuni ġenwini u dawk li mhumiex sabiex għaż-żmien li ġej tkun tista’ tagħraf lil min għandek tafda minħabba t-tibdil li hemm ġej għalik. Dan huwa mument opportun sabiex tagħmel analiżi profonda ta’ dak li hemm madwarek ħalli jkollok tibdil bżonjuż u għaqli.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek sens ta’ gwida pożittiva ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment