Ir-Reġina ssir l-ewwel monarka li tilħaq l-anniversarju taż-żaffir

Ir-reġina Eliżabetta tagħlaq 65 sena bħala l-Kap tal-Monarkija tar-Renju Unit

Ir-reġina liebsa ġojjellerija taż-żaffir li ngħatat lilha mir-Re Ġorġ VI fl-1947 bħala rigal tat-tieġ
Ir-reġina liebsa ġojjellerija taż-żaffir li ngħatat lilha mir-Re Ġorġ VI fl-1947 bħala rigal tat-tieġ

Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni saret l-ewwel kap ta' monarkija li ċċelebrat l-anniversarju taż-żaffir, hekk kif illum jimmarka l-65 sena minn mindu Elizabeth Alexandra Mary Windsor ġiet inkurunata bħala r-Reġina Eliżabetta II.

Fl-età ta' 90 sena, ir-reġina llum qed tiċċelebra l-65 sena minn mindu saret reġina wara l-mewt ta' missierha r-Re Ġorġ VI fis-6 ta' Frar 1952. Ir-re Ġorġ VI kien miet wara li kien ilu marid għal xi żmien. Il-Prinċipessa Eliżabetta immedjatament ġiet inkurunata u saret ir-Reġina Eliżabetta II u għaldaqstant, ħadet ir-responsabbiltajiet li jiġu mat-titlu l-ġdid tagħha.

Fir-ritratt meħud għall-okkażjoni, ir-reġina tidher liebsa ġojjellerija taż-żaffir li ngħatat lilha mir-Re Ġorġ VI fl-1947 bħala rigal tat-tieġ.

More in Divertiment