Festival tal-whisky...problema ta' parking m'hemmx...basta min jipparkja ma jixrobx

Festival li għandu jinżel tajjeb mal-Maltin li jħobbu l-qatra u whisky tajjeb

 

Dalwaqt ser ikun qed jittella l-ewwel Whisky Festival miġjub minn 2 Minds Events.  Dan ser ikun qed iseħħ nhar is-Sibt, 28 Jannar 2016 mis-7pm ‘l quddiem ġewwa Limestone Heritage fis-Siġġiewi.

Bla dubju ser tkun serata mingħajr problema ta’ parking, mingħajr ħtieġa ta’ booking, kif ukoll ser jitqassmu tazzi tal-whisky b’xejn sabiex jitgawdew diversi tipi ta’ whisky, divertiment b’xejn, diversi tipi ta’ ikel u divertiment ieħor għall-familja u ħbieb kollha li jattendu.

Għal dawk kollha li bi ħsiebhom jattendu ser igawdu minn skema ta’ parkeġġ b’xejn fejn filfatt hemm spazju għal ħames mitt karozza fil-parkeġġ ta’ Limestone Heritage stess.  M’hemmx għalfejn li wieħed jibbukja minn qabel.  Filfatt dawk li jattendu jkunu jistgħu jaqtgħu biljett ta’ ħames ewros fl-entratura u awtomatikament ikunu intitolati għal tazza tal-whisky b’xejn, kif ukoll opportunita sabiex iduqu madwar mija u ħamsin tipi ta’ whiskys differenti.

Din ser tkun opportunita unika taħt saqaf wieħed sabiex dak li jkun ikun jista jgawdi minn diversi tipi u togħmiet ta’ whiskys.

Matul il-Whisky Festival, wieħed ser ikun jista jgawdi minn divertiment b’xejn fejn ser ikun hemm tlett bands jagħtu divertiment fosthom Wallace Pipe and Drums, u anke Water Wings band.  Ser ikun hemm ukoll diversi tipi ta’ ikel differenti li jinzel għasel mal-whisky.  Ghal dawk li qed ifittxu aktar divertiment ser ikun hemm xalata shiha, fosthom anke bonfire kbira biex izzom l-atmosfera komda u anke diversi stalls tas-sigarri.

Bla dubju ta’ xejn, Whisky Festival ser tkun serata differenti minn tas-soltu !

 

 

More in Divertiment