L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa jfisser li issa int trid iktar minn qatt qabel tagħraf il-kontroll assolut kemm f’dak li jirrigwarda l-madwar tiegħek, imma aktar u iktar dak li jappartjeni direttament lilek, għax l-effett, jaf li int fil-mument ma tagħrafx li jkun qiegħda tinħema arja negattiva madwarek, u f’daqqa waħda ssib lilek maqbud bejn ħaltejn. Għalhekk, grazzi għal dan l-oroskopju fil-forma ta’ gwida, għandek tkun imħejji ferm aħjar għal dak kollu li jista’ jiġi lejk. Kun iktar imħejji.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Gemini.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa jfisser li issa int għandek stabbiltà iktar minn dak li kien hemm madwarek ftit tal-ġimgħat ilu. Għalkemm b’din l-istabbiltà li ġejja, int se tagħraf tkun aħjar, hu importanti ħafna li tagħraf timxi ’l quddiem. Dan sabiex int tkompli tkabbar kemm dak li int tixtieq tkabbar, imma iktar u iktar sabiex twessa’ aktar il-madwar li int għandek. Tħallix dan il-mument jaħrab. L-Oroskopju jservik ta’ gwisa, allura agħraf dan.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Cancer.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa ifisser li issa int għandek tmexxi dak il-pjan jew ħsieb, pass ’il quddiem. Issa huwa dak il-perjodu grazzi għal dan il-qamar kwinta li għadu kemm għadda minn fuqek, li int ma tibżax tagħmel dan il-pass għax dan il-pass se jkun utli ħafna fix-xhur li ġejjin, biex tara dak li tixtieq, trid li f’dawn il-ġimgħat twettaq dan il-pjan li ilu jdur ġewwa fik. Il-gwida ta’ dan l-Oroskopju hija ta’ iktar kuraġġ u gwida lil dan il-pjan tiegħek, imma agħrbel sew ukoll.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Leo.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa jfisser li issa int għandek tagħraf iżjed il-parir li int kont tlabt xi żmien ilu. Iva, issa dak il-parir li int ħadt, tajjeb li wara li għadda dan il-qamar kwinta tista’ tibda tattwah. Ovvjament, int taf li min lilek tak il-gwida fuq dan il-parir, kienet persuna b’responsabbiltà, għalhekk neħħi kull dubju li jista’ jdur ġewwa moħħok għax iż-żmien ma jistenna lil ħadd u l-gwida ta’ dan l-Oroskopju se tkompli ssaħħaħ il-mixja tiegħek f’dan ir-rigward. Uża iktar attenzjoni.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Virgo.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, għalik se jkun ifisser li għandek tħaffef iktar il-proċess ta’ pjan ta’ tkabbir madwarek, jew ta’ tnedija ta’ proġett ġdid li għalkemm qiegħed tibża’ minnu, tħallix li fin l-arja ta’ inċertezza twaqqaflek il-pass li int għandek tagħmel. Huwa minnu li mhix sitwazzjoni faċli, imma bħala Gemini, xejn ma jaqtalek qalbek, u għandek tilqa’ kull sfida li jkun hemm quddiemek. L-Oroskopju qiegħed iwassallek din il-gwida sabiex int tkompli miexi, imma dejjem ħejji lilek iktar.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Libra.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, jfisser għalik sfida kompletament ġdida bejn dak li int għandek illum, u bejn dak li hemm ġej għalik. Dan għaliex, ovvjament f’dan li int qiegħed illum, int  qiegħed trankwill, imma issa f’dak li ġe, se jkun ċertu pressjoni li għalkemm int għandek il-kapaċità li tagħraf tikkontrolla, imma fik tinħass dik il-biża’, dik l-inċertezza u grazzi għal dan l-Oroskopju, int għandek tintela’ b’aktar kuraġġ għal dan. Imma żomm saqajk mal-art dejjem.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Scorpio.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, għalik se jkun ta’ proċess aktar trankwill minn dak li int kont għaddej bih dan l-aħħar. Għalkemm se tnaqqas minn dak il-mument veloċi li kont għaddej, dan mhux se jkun ifisser li ġej xi mument negattiv, imma pjuttost li kontra, għax dan il-mument lilek se jagħtik spazju aktar sabiex tkun tista’ tagħmel evalwazzjoni ta’ dak li hemm madwarek, u għalhekk, din il-gwida ta’ Oroskopju se sservik sabiex tagħraf dan il-mument għal iktar konċentrazzjoni.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Sagittarius.

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa se jkun iwasslek għal sfida aktar qawwija miegħek innifsek, fejn jekk qabel kont iddum sabiex twettaq xi forma ta’ deċiżjoni jew ħsieb, issa għal dawn il-ġimgħat li ġejjin, dan se jkun bil-kontra għax se tbiddel dan il-pass hekk kawt tiegħek, għal wieħed iktar mgħaġġel, iktar ta’ mexxej. U dan se jagħmlek tagħraf li xi kultant, huwa bżonnjuż li tkun iktar mexxeja, u grazzi għall-gwida ta’ dan l-Oroskopju, se tinduna bid-differenza, imma tkun dejjem int.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Capricorn.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, għalik se jkun ifisser li tagħraf tirrifletti minn dak li int ġej. Dan sabiex tagħraf iktar il-potenzjal ta’ dak li ġej x’se jkun isarraf. Meta int se tirrifletti aktar, se jkun hemm iktar ħin sabiex xi żbalji li ġew imwettqa fil-passat, ma jerġgħux jiġu mwettqa, u barra dan, tagħraf ukoll aktar kemm tista’ tkabbar dak li hemm quddiemek, u hekk int tagħraf iktar ir-responsabbiltà fil-madwar, u grazzi għall-gwisa ta’ dan l-Oroskopju, int se tkabbar aktar lilek, imma dejjem ftakar. Irrifletti iktar.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Aquarius.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, għalik se jkun ifisser li trid tagħmel valutazzjoni iktar ta’ x’deċiżjoni int kellek tieħu. Għalkemm id-deċiżjoni diġà ħadta, xorta għad hemm ċans madwarek sabiex int ittejjeb dak li ġej, riżultat ta’ dak li int iddeċidejt, u b’hekk issaħħaħ kemm lilek u kemm il-madwar tiegħek. Żomm f’moħħok li l-valur ta’ ħsieb huwa dejjem pożittiv. Għalhekk, grazzi għall-gwida ta’ dan l-Oroskopju, int għandek tkun iktar fil-linja li tixtieq.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Pisces.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, għalik se jkun ifisser aktar kuraġġ fl-imħabba. Sfortunatament, din hi sitwazzjoni fejn int bħala Sagittarius hem dgħufija fik. Għalhekk, dan il-qamar kwinta se jdaħħal fik iktar kunfidenza sabiex ma tibżax minn dak li huwa dritt tiegħek jew linja li forsi tkun tixtieq taddatta fir-relazjzoni li int għandek u dan se tħossu fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, grazzi għall-gwida ta’ dan l-Oroskopju, int għandek titqawwa f’dak li int tħoss li trid twettaq jew tadatta.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Aries.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
It-tmiem tal-qamar kwinta li għadu kemm spiċċa, u issa huwa l-qamar tiegħek (minħabba li huwa l-qamar ta’ Capricorn), għalik ifisser iktar saħħa f’dak li int tkun trid tagħmel. Fik se tħoss iktar determinazzjoni aktar mis-soltu, u dan mhu xejn ħażin, anzi pjuttost tajjeb sabiex trabbi dik il-kunfidenza li timxi ’l quddiem: xi ħaġa li kont qed tħoss dan l-aħħar, imma issa din se terġa’ tibda tinħass, u grazzi għall-gwida ta’ dan l-Oroskopju, int se tkattar iktar prospetti pożittivi, imma agħraf dejjem.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li dan ix-xahar int għandek tevita hi dik ta’ Taurus.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Divertiment