It-tifla ta’ Trump il-fantasija pornografika ta’ eluf ta’ rġiel...

Skont statistika li ħareġ is-sit pornografiku ‘pornhub’, jidher li fost fantasiji sesswali varji, eluf ta’ nies fittxew is-sit bit-tama li jsibu xi ħaġa fuq it-tfal ta’ Trump

Tiffany Trump, it-tifla tal-President tal-USA, fil-mira tal-fantażiji sesswali u pornografiċi ta' eluf
Tiffany Trump, it-tifla tal-President tal-USA, fil-mira tal-fantażiji sesswali u pornografiċi ta' eluf

Hekk kif illum wieħed jista’ jsib statistika fuq pratikament kollox, mill-prodott gross domestiku tal-pajjiż sa kemm tiġi konsmata ċikkulata waqt il-Milied, sit popolari tal-pornografija ħareġ l-istatistika tiegħu dwar il-preferenzi fit-tfittixija ta’ suġġetti għall-fimati pornografiċi.

Bħal kull ħaġa oħra fl-2016, anke l-preferenzi fil-pornografija ħadu xejra stramba, hekk kif l-ammont ta’ pornografija li raw in-nies matul is-sena laħqet livelli rekord.

Infatti, fuq livell globali, n-nies li jaraw il-pornografija fuq l-internet b’kollox raw 91,980,225,000 filmat minn fuq is-sit li ħareġ din l-istatistika biss, li s-sit stess iddeskriva bħala tul ta’ aktar minn 5,000 seklu ta’ “pastażati” murija fuq l-internet.

Din is-sena, il-gosti tan-nies xaqilbu aktar għal suġġetti u sitwazzjonijiet ta’ fantasija, fejn l-istatistika rat nuqqas konsiderevoli ta’ rikjesti għal filmati ta’ sess konvenzjonali, u żieda kbira fi tfittxijiet fuq eroj tal-komiks, karattri tal-videogames, nies popolari u fantasiji varji.

Fost it-tfittxijiet l-aktar popolari matul l-2016, spikkaw, “Lesbian”, “step mom”, “schoolgirl” u “MILF”... u kombinazzjonijiet ta’ dawn it-termini.

Ħaġa li forsi tista’ tkun inkwetanti hija li matul avvenimenti partikolari li ġraw fid-dinja matul is-sena, kien hemm numru ta’ nies li f’dan is-sit pornografiku għamlu tfittxija relatata mal-personaġġi nvoluti.

Wieħed mill-aktar eżempji inkwetanti kienu l-eluf ta’ nies li wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni fl-Istati Uniti, għamlu tfittxija fuq is-sit pornografiku għal “Donald Trump”, b’żieda ta’ 874% fuq tfittxijiet oħra fl-istess ġurnata. Lil Trump għaddewh biss uliedu Ivanka u Tiffany. It-tfittxijiet għal tama ta' xi ħaġa pornografija fuq “Tiffany Trump” telgħu b’aktar minn 2000% u kien hemm ukoll żieda ta' 'l fuq minn 1500% fit-tfittxijiet dwar il-futura First Lady “Melania Trump”. Dawk li fittxew fuq Melania almenu kkuntentaw b’xi ritratt ‘espliċitu’ li kienet ħadet snin ilu.

Tgħid il-Maltin ħadu ċans iddisprat jagħmlu tfittxija fuq dan is-sit, bl-isem ta’ xi personalità Maltija? jew kienu sempliċiment parti mill-massa globali li din is-sena tat lok għall-fantażjiji sesswali tagħha u nqdiet bl-internet sabiex jurihom fantażiji pornografiċi ta’ sitwazzjonijiet fittizji li jgħarrxu l-kurżità tagħhom.

More in Divertiment