L-Oroskopju għas-sena l-ġdida

Xi jgħidu l-istilel għas-sena l-ġdida li għadha kif bdiet?

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Oroskopju għas-sena 2017 għal Aquarius: Din se tkun sena importanti għal Aquarius maqsuma fuq żewġ aspetti: tibdil, u organizazzjoni. It-tibdil jaf ikun iffukat ħafna fuq il-karriera, fejn hawn tista’ tkompli tkabbar dak li int stabbilit fih, però sejra tkun sena ta’ organizazzjoni ferm iktar kumplessa mill-2016. Se torganizza lilek ferm aħjar, ferm iżjed milli int. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Ġunju.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Marzu.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Oroskopju għas-sena 2017 għal Pisces: Din se tkun sena ta’ twettiq għal Pisces, fejn meta fil-passat kien ikun hemm id-dewmien f’dak li għandu jiġi deċiż, jew le. Din is-sena 2017, id-deċiżjonijiet li sejrin jittieħdu, se jkunu aktar malajr, b’inqas dewmien. Però, ovvjament se jiżdied iktar il-ħsieb rigward dak kollu li se jkun deċiż. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Mejju.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Awwissu.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Oroskopju għas-sena 2017 għal Aries: Din se tkun sena xi ftit iebsa fl-imħabba, fejn int bħala Aries trid tagħraf toqgħod attent kif taġixxi meta tkun taħt xi forma ta’ pressjoni mal-partner tiegħek, għax jekk ma tagħrafx tagħraf il-pożizzjoni sew ta’ dak li jkun għaddej eżatt, se jkun hemm sitwazzjonijiet diffiċli. Għalhekk, is-sena 2017 trid toqgħod iżjed fuq allert dwar l-imħabba. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Lulju.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Frar.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Oroskopju għas-sena 2017 għal Taurus: Din se tkun sena ta’ għarfien iżjed tiegħek innifsek. Se tkun is-sena fejn int għandek tagħraf iktar il-potenzjal vera tiegħek. Tagħraf aktar int fejn l-iktar li tista’ tkabbar il-madwar ta’ madwarek, però l-aktar importanti li tagħraf lilek. Fejn qabel ma tantx kont taħseb fuqek, din hi s-sena li int trid tkabbar lilek. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Diċembru.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Ottubru.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Oroskopju għas-sena 2017 għal Gemini: Din se tkun sena ta’ proġetti aktar ambizzjużi minn qatt qabel, se tidħol f’xena kompletament ġdida, li ovvjament se tkompli tkabbrek. Se tkun sena ukoll fejn int se tagħmel ċertu tibdil fid-dehra tiegħek. Dehra iktar qawwija minn dak li int fil-preżent. Għandek sena li se tkabbarek, avolja l-kurrenti kollha kontra tiegħek. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Novembru.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Marzu.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Oroskopju għas-sena 2017 għal Cancer: Din se tkun sena ta’ ħila għal dak kollu li int tul din is-sena ħdimt għalih. Se tkun is-sena li terġa’ tpoġġik lura fejn int jixraqlek tkun, però fl-imħabba jaf ikun hemm xi tibdil ukoll fejn taf tara bidla minn dak fejn qiegħed. Dan jaf iħalli ftit impatt, imma taf tagħraf tkompli għaddej bl-għaqal qawwi tiegħek innifsek. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ April.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Jannar.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Oroskopju għas-sena 2017 għal Leo: Din se tkun sena fejn int se tissaħħaħ iktar minn din is-sena. Fejn dak li int tlift jew naqqast int, dan se terġa’ takkwistah lura b’sodisfazzjon aktar pożittiv. Se tkun sena fejn se tagħmlek aktar sod u iktar stabbilit, dak li verament jixraqlek. Però, hi sena li trid toqgħod ferm attent lil min tafda. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Settembru.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Marzu.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Oroskopju għas-sena 2017 għal Virgo: Din se tkun is-sena ta’ stennija u ħsibijiet. Stennija mil-lat li t-twettiq li sar matul dawn l-aħħar xhur, ovvjament se jwassal dak ir-riżultat mixtieq. Għalhekk, is-sena 2017, hi l-istennija tal-qofol ta’ dak il-frott li jrid joħroġ minn dak li sar waqt il-ħsibijiet li fis-sena 2017 se jkunu ferm iktar għal Virgo. Issa huma ta’ kif il-ħajja ta’ madwarhom se tkun imqassma f’dan ir-rigward ta’ iktar responsabbiltà, li fix-xhur li ġejjin se tikber bis-sew. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Mejju.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Frar.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Oroskopju għas-sena 2017 għal Libra: Dins e tkun is-sena ta’ tkabbir u ovvjament bilanċ. Mil-lat ta’ tkabbir, jaf ikun ta’ iktar ħsieb milli forsi kif kienu din is-sena fejn int kellek għajnuna ta’ gwida li din is-sena din mhux se tkun hemm. Għalhekk, int trid tagħraf iktar ir-responsabbiltà li dieħel għaliha waqt li ovvjament, il-bilanċ tal-ħajja ta’ madwarek għas-sena 2017 irid ikun wieħed ta’ linja. Jekk dan ma jkunx, jaf ikun hemm id-diffikultajiet. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Ġunju.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Ottubru.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Oroskopju għas-sena 2017 għal Scorpio: Din se tkun is-sena ta’ deċiżjoni u tibdil. Fil-fatt, għal Scorpio, is sena 2017 se tkun deċiżiva, fejn din is-sena kien hemm ħafna mumenti ta’ pjanar, issa finalment, dan se jwassal sabiex tittieħed dik id-deċiżjoni għaqlija li se tkun il-bidu ta’ tibdil madwar il-ħajja tiegħek. Ovvjament, kull deċiżjoni li tkun marbuta madwar il-ħajja ta’ madwarek, se tikkawża tibdil. Però taqtax qalbek u tibżax minn dak kollu, għax dan kollu se jagħmlek ferm aħjar u aktar int. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Jannar.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Lulju.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Oroskopju għas-sena 2017 għal Sagittarius: Din se tkun is-sena ta’ riflessjonijiet u mħabba. Sena ta’ riflessjonjiet minħabba l-passat li int għaddejt minnu. Għalhekk, minbarra l-passat, san se jkun il-mera pożittiva għas-sena 2017. Ovvjament, ma’ dan ikun ir-riflessjonijiet ta’ dak li int esperjenzajt sabiex dan ma jerġax jirrepeti ruħu. Ovvjament, għal dawk li qegħdin f’relazzjoni, din se tkompli tissaħħaħ u titkattar. Għal dawk li se jibdew relazzjoni mill-ġdid, dwan għandhom jagħmluh bil-galbu sabiex jevitaw problemi. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Ġunju.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Ottubru.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Oroskopju għas-sena 2017 għal Capricorn: Din se tkun is-sena ta’ aktar konċentrazzjoni u ta’ indipendenza madwarek. Capricorn magħrufin għar-ras iebsa u l-ispontanjetà tagħhom. Is-sena 2017 trid tkun sena ta’ konċentrazzjoni kemm fil-ħajja ta’ madwarhom, imma b’mod iktar ta’ attenzjoni għall-ħajja fejn tirrigwarda l-kumpanija ta’ ħbieb. Dan sabiex ikun aktar realistiku kemm jiftħu fil-beraħ il-ħajja personali tagħhom. Hemm possibbiltà ta’ tagħlima minn dan, waqt li ovvjament, is-sena 2017 se toffri iktar indipendenza f’dak li int se tkun tagħmel. Hi sena fejn se tagħraf li int kapaċi tkun il-mexxej tal-ħajja tiegħek mingħajr involviment. Awguri.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar xahar pożittiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Settembru.

L-aktar xahar negattiv għalik għas-sena 2017 se jkun dak ta’ Marzu.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Divertiment