Ir-raġuni tal-ferħ fi żmien il-Milied...

Bejn Reliġjon u Kultura... x'jagħmel l-aktar lin-nies kuntenti fi żmien il-Milied ?

Fil-ġimgħat ta' qabel il-Milied, il-festa li tiċċelebra t-twelid ta' Ġesu Kristu, il-gazzetta maltatoday, għamlet stħarriġ fost numru ta' nies sabiex tara x'inhu dak li l-aktar jagħmel lin-nies kuntenti fi żmien il-Milied. L-aspett reliġjuż ? jew dak kulturali ? ta' din l-aktar festa popolari matul is-sena.

Mill-istħarriġ ħareġ li dawk li jikkunsidraw il-Milied bħala festa reliġjuża, kif ukoll kulturali għandhom tendenza li jkunu ħafna aktar kuntenti matul dan iż-żmien tas-sena minn dawk li tilfu l-ispirtu reliġjuż tal-Milied, u anke minn dawk li jqisu l-Milied esklussivament bħala festa reliġjuża biss. Dan juri li l-kuntentizza totali għal daż-żmien tas-sena tiġi kemm mill-apprezzament kulturali, kif ukoll minn dak reliġjuż tal-Milied.

77% ta' dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ sostnew li peress li għalihom il-Milied huwa okkażjoni li fiha jitfakkar it-twelid ta' Ġesu, iżda anke avveniment kulturali, dan iż-żmien tas-sena għalihom huwa fost l-aktar sabiħ u ferrieħi.

59% jaraw il-Milied bħala festa reliġjuża biss, u 32% ta' dawk li ħadu sehem m'għadhomx jaraw valur reliġjuż fil-Milied u jqisu biss il-valur kulturali tiegħu.

L-itħarriġ tal-maltatoday wera wkoll li fost dawk li ħadu sehem, 31% ma jmorrux quddies ta' nofsillejl, filwaqt li kważi terz tal-Maltin, lanqas imur quddies f'jum il-Milied stess. 23% biss jattendu għall-quddies ta' nofsillejl, filwaqt li 46% jagħżlu li jibdew jum il-Milied bil-quddies ta' filgħodu.

L-istħarriġ wera li 81% ta' dawk li jattendu għall-quddies ta' nofsillejl ikunu akrar ferħanin fiż-żmien il-Milied, ikkumparati mal-58% li jmorru filgħodu, u aktar minn dawk il-40% li ma jmorrux quddies.

More in Divertiment