Minn Gladjatur isir Ċenturjun

Kirk Douglas se jagħlaq 100 sena nhar il-Ġimgħa

Forsi l-ġmiel u l-'good looks' m'għadhomx hemm, u ġismu żgur li m'għadux kollu muskoli kif kien meta kellu taħt idejh Hollywood. Iżda dawk l-għajnejn, il-wiċċ ta' 'macho' u d-determinazzjoni kbira li biha għex ħajja ta' artist kbir li rnexxielu joħloq artisti oħra fost uliedu, għadha hemm anke jekk minn fuq għaddew 100 sena.

Kirk Douglas nhar il-Ġimgħa jsir ĊENTURJUN wara li beda s-suċessi tiegħu bħala Spartacus. Douglas kellu tliet nominazzjonijiet għall-Oscar, żewġ Golden Globes u 90 film wassluh biex rebaħ fuq il-ħajja li mhux dejjem urietu s-sabiħ tagħha. Tfulija ta' wild ta' żewġ bdiewa Russi/Lhud, minn missier li ftit jew xejn tah imħabba, imsawwat għax kien Lhudi, ikkraxxja b'helicopter u filwaqt li mietu tnejn hu salva, attakk ta' puplesija li ħallietu ma jistax jitkellem tajjeb, ulied li nħakmu mid-droga u traġedja familjari. Iżda hu ffaċċja l-ħajja bħal gladjatur u rebaħ fuqha.

More in Divertiment