L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Ix-xahar ta’ Novembru se jipprovdilek li int trid tagħraf tkun ċar dwar eżattament, x’vera trid, kemm fil-ħajja ta’ madwarek, u kemm fil-ħajja personali tiegħek. Li int qed tipprova taħrab mir-realtà, ma jiswa xejn, anzi taf tkun qed tikkrea ċirku ta’ negattività li imbagħad jista’ jibda joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta’ diffikultà madwarek. Novembru jaf jagħtik dik l-enerġija li int tieħu pożizzjoni li wara taf kemm int se jħossok ferm aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 17, 25 u 32.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jkun dak ix-xahar ta’ riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta’ madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel xi ftit irtokki personalment, u grazzi għal dawn l-irtokki, dawn għandhom iservu sabiex int tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta’ madwarek. Tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x’tagħti. Tajjeb li tagħmel ftit meditazzjoni ħalli tirrilassa ftit il-moħħ.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 29 u 34.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jkun dak ix-xahar ta’ konċentrazzjoni aktar fil-karriera tiegħek. Huwa xahar fejn int trid ittejjeb il-ħidma ta’ madwarek, tara x’hemm bżonn aktar li jkun vijabbli għalik, u dak li mhux, naqqsu. Huwa xahar li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera grazzi għal dan, int tista’ wkoll tagħrad issib iktar bilanċ fil-ħajja personali. Għalik, dan jista’ jkun ta’ pass iktar stabbli li tagħraf tkun iktar bilanċjat.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 28 u 36.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jkun dak ix-xahar ta’ sfida sabiex tagħraf il-valur ta’ madwarek. Jista’ jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek. Għalhekk, dan huwa dak ix-xahar fejn int għandek iċ-ċans kollu sabiex din is-sitwazzjoni titranġa, u meta se tgħaqqad kollox, se tagħraf kemm tista’ tkun fl-aħjar fil-ħajja tiegħek meta tagħraf tapprezza dak li hemm madwarek. Agħraf.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tar-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 18, 24 u 38.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jkun dak ix-xahar li int se tagħraf iktar il-ħajja spiritwali ta’ madwarek. Jiġifieri jekk forsi ilek ma tkun iffukat spiritwalment, dan ix-xahar se jkun dak ix-xahar li jagħtik motivazzjoni, kemm bħala ta’ qdusija u kemm bħala ħajja spiritwali. Ħabib li se tiltaqa’ miegħu se jagħtik aspirazzjoni aktar f’dan ir-rigward. Dan ikun pass pożittiv għall-ħajja ta’ madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jkun dak ix-xahar ta’ deċiżjoni ta’ bidla fil-karriera tiegħek. Se tkun deċiżjoni verament iebsa li int se tagħmel, imma fl-aħħar mill-aħħar, din imbagħad se tiftaħlek bibien li sa issa, sfortunatament kienu magħluqin. Issa se tara kemm int kapaċi tibni karriera u tibni ħajja iktar immexxija minnek u mhux il-ħajja tkun iddettata lilek minn ħaddieħor. Tibżax minn dan il-pass, għax se tkun iktar stabbli.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 14, 29 u 35

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Ix-xahar ta’ Novembru għalik se jkun dak ix-xahar fejn se jistimulak fit-tmexxija għaqlija li int tant magħruf għaliha. Dan ix-xahar se jagħtik dik il-fortuna li jista’ jkun kienet naqset xi ftit minn madwarek sabiex tagħraf iktar tmexxi lilek lejn dak li huwa verament ta’ bżonn għall-ħajja tiegħek. Jekk kont xi ftit inċert dwar dan, issa dan ix-xahar sejjer jerġa’ jagħtik dik il-qawwa li tagħraf timxi kif tixtieq int.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 15, 21 u 36.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Ix-xahar ta’ Novembru se jipprovdilek li int trid tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din, tal-inqas, ma tikkawżalekx ħsara madwarek. Din it-taqbida taf toħloq ħafna problemi madwarek, jekk int ma ssibx tarf tagħha, u żgur bħalissa mhux il-mument għal dan. Imma dan ix-xahar jaf ikun ta’ ftit ta’ pożittività għalik, għalhekk jaf ikun ta’ forma ta’ għajnuna sabiex din tkun megħluba iktar kmieni.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 15, 26 u 32.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Ix-xahar ta’ Novembru se jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf ċertu tnaqqis minn pressjoni ta’ ħidma li int involut fiha, u dan huwa għal żewġ raġunijiet. L-ewwel għax li m’intix qiegħed tlaħħaq ma’ dak kollu li hemm madwarek. Dan xi kultant qed joħloq ċertu tensjoni madwarek li mhux tkun ta’ benefiċċju għalik. It-tieni, għax il-ħajja tal-familja mhux qed tkun milħuqa biżżejjed. Int taf li qed titlef ċertu okkażjonijiet. Agħraf.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 12, 23 u 31.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Ix-xahar ta’ Novembru se jipprovdilek sfida fil-ħajja ta’ madwarek sabiex int tagħraf jekk hux vijabbli timxi ma’ dak li int għandek madwarek illum, jew tinbeda ħajja kompletament ġdida. Ma tistax int minħabba affarijiet li ma tistax tikkontrolla, il-ħtija tintefa’ f’ta’ madwarek. Issa jew tagħraf ir-responsabbiltà tiegħek li int tkun kapaċi tikkontrolla dak li jseħħ minn issa ’l quddiem, inkella ara kif timxi għalik innifsek.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 26 u 38.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Ix-xahar ta’ Novembru se jkun ix-xahar ta’ bilanċ fl-imħabba li int trid tagħraf. Dan huwa żmien li int trid tagħraf l-imħabba li hemm madwarek, trid tagħtiha dak l-ispazju li verament jixirqilha, inkella jekk dan int m’intix se tagħrfu, jista’ jkollok sitwazzjonijiet li int ġarrabt fil-passat. Allura, uża l-passat bħala l-mera tiegħek fl-imħabba u minn dan, agħmel il-bilanċ meħtieġ tiegħek, u b’hekk int tara kemm tħossok aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Novembru se tagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 17, 25 u 35.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ix-xahar ta’ Novembru għalik għandu jservi ta’ pont ta’ iktar għaqda bejn dak li dan l-aħħar qisek tlift kontroll tiegħu, u dak kollu li hemm madwarek. U meta dan il-pont se tagħmlu, se tagħraf kemm il-ħajja ta’ madwarek hi aħjar, u hi iktar ta’ valur, u ta’ ispirazzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Għalhekk, aħtaf dan il-mument sabiex int tkattar il-ħajja ta’ madwarek, u hekk tkun iktar int.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 19, 26 u 39.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Divertiment