Ċelebrazzjoni tal-95 sena ta’ mużika mill-banda tal-Pulizija

Pop Meets Classic 2, ċelebrazzjoni mużikali tal-95 sena anniversarju mit-twaqqif tal-banda tal-Pulizija... Nhar il-Ħamis 29 ta` Settembru

Nhar il-Ħamis 29 ta` Settembru fit-8.00pm taħt il-Patronċinju tal-Eċċellenza tagħha l-President Marie-Louise Coleiro Preca ser tiġi mtellgħa ċelebrazzjoni mużikali tal-95 sena anniversarju mit-twaqqif tal-banda tal-Pulizija fil-kunċert Pop Meets Classic 2.  Siltiet muzikali mill-isbaħ mir-ripertorju tal-Banda tal-Korp tal-Pulizija tal-Grupp magħruf Malti Winter Moods, Anastacia u Eros Ramazzotti, Christina Aguilera, Vangelis flimkien ma oħrajn.

Dan se jkun imtellgha f`Sala Repubblika ta` Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta.

Diversi mistiedna minn fost l-aqwa talent ġewwa pajjizna fosthom Ivan Grech mill-Grupp Winter Moods u sopran u pop singer mill-Italja Federica Balucani 

Kull biljett jiswa €12 u dawn ħa jkunu donazzjoni li ser imorru lill-Malta Community Chest Fund. Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq  www.mcc.com.mt, mill-uffiċċju ta` Dar il-Mediterran u mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Ser jiġu offrut ukoll Shuttle Service mad-dawra tal-Belt siegħa qabel u siegħa wara l-Kunċert.

Għall aktar informazzjoni ċempel fuq  2122-4001, 2294-2667/8 - 9984-3099 jew żur is-sit ta’ facebook https://www.facebook.com/events/1627850264194936/permalink/1634830530163576/

 

More in Divertiment