Rock, Orkestra… u 8,000 persuna miġburin għal kawża ġusta

8,000 ruħ attendew għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra, nhar is-Sibt li għadda fl-MFCC, Ta' Qali

Rockestra 2016 - Ritratt ta' Chris Mangion
Rockestra 2016 - Ritratt ta' Chris Mangion

Nhar is-Sibt filgħaxija, l-appuntament annwali mar-ROCKESTRA, ra folla ta' 8,000 persuna tattendi għal dan l-avveniment mużikali li seħħ fl-MFCC ġewwa Ta’ Qali. Bħal kull sena, numru ta’ artisti rinomati Maltin ingħaqdu mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta mmexxija mill-Maestro Sigmund Mifsud, sabiex flimkien jagħtu lill-udjenza serata ta’ spettaklu mużikali uniku.

Ma’ naqsitx il-preżenza tad-direttur artistiku, kantant, mużiċist u komiku Pawlu Borg Bonaċi, li għal darb’oħra mexxa dan il-kunċert rock klassiku li ta lill-udjenza wirja unika ta’ diski popolari eżegwiti mill-mużiċisti tal-orkestra flimkien ma’ wħud mill-kantanti lokali favoriti mal-Maltin

Bħas-snin ta’ qabel ROCKESTRA kien organizzat mill-Malta Community Chest fund u żamm it-tradizzjoni annwali li jiġbor fondi għal dawk fil-bżonn.

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, qalet li għal darb’oħra Rockestra ma kinetx biss festa’ ta’ mużika u talenti, iżda kienet ukoll festa ta’ solidarjeta’, hekk kif dawk li attendew taw il-kontribut tagħhom b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, sabiex din l-istess Fondazzjoni tkun tista’ tkun ta’ għajnuna għal dawk ħutna Maltin u Għawdxin fil-bżonn. I

l-President Coleiro Preca rringrazzjat lil kull min kien involut fil-produzzjoni tal-kunċert, lill-voluntiera u l-istaff tal-Fondazzjoni MCCF, lill-awtoritajiet tas-sigurta’ u protezzjoni ċivili, lill-kantanti u l-mużiċisti, u lil dawk l-eluf li attendew.  

More in Divertiment