Maltija tinsab mal-aqwa sitt mudelli fid-dinja

Jade Cini hija l-ewwel mudella Maltija li rnexxielha tintgħażel f'din il-kompetizzjoni.

Jade Cini
Jade Cini

Ftit tal-ġranet ilu dan is-sit irrapporta li l-mudella Maltija Jade Cini ntgħażlet mal-finalisti ta' Miss Grand Prix - kompetizzjoni li tgħaqqad kontestanti ta' Miss World, Miss Universe, Miss InterContinental, Top Model of the Wolrd u Miss Grand International. 

Din kienet l-ewwel darba li mudella Maltija ntgħażlet fost il-finalista, u issa Jade Cini waslet ukoll mal-aqwa sitta f'din il-kompetizzjoni. Jekk tixtieq tivvota għall-uniku wiċċ Malti f'din il-kompetizzjoni agħfas hawn u agħmel like

Jade Cini bit-trofew tat-tieni post f'Miss World Malta li sar ilbieraħ fit-Teatru Rjal
Jade Cini bit-trofew tat-tieni post f'Miss World Malta li sar ilbieraħ fit-Teatru Rjal

Tajjeb ngħidu wkoll li lbieraħ stess, Jade Cini kienet ikklassifikata fit-tieni post f'Miss World Malta waqt li l-għarus tagħha Timmy Pushkin kien inkurunat bħala Mr World Malta u li se jitla' jikkomopeti f'Manchester f'Lulju li ġej. 

Timmy Pushkin, ir-rebbieħ ta' Mr World Malta u t-tfajla tiegħu Jade Cini, ilbieraħ waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-riżultati
Timmy Pushkin, ir-rebbieħ ta' Mr World Malta u t-tfajla tiegħu Jade Cini, ilbieraħ waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-riżultati

More in Divertiment