Tiġrija tal-ħnieżer fiż-Żejtun fil-bacon festival ħolqot kontroversja

Mario Galea tal-PN jgħid li se jagħmel minn kollox biex iwaqqafha

The Bacon Festival hija attivita organizzata minn 2 Minds Events flimkien ma’ Dar Nazareth taz-Zejtun.  Il-qliegh kollu minn din l-attivita ser imur ghall-Fondazzjoni Dar Nazareth  Din l-attivita ser issir l-ewwel darba f'Malta, u ser tkun nhar is-Sibt, 9 Lulju 2016 fil-Pjazza tas-Suq, iz-Zejtun, u tibda mis-7pm sa nofs il-lejl. F’din l-attivita wiehed ghandu jsib xalata ta’ platti li kollha gejjien mill-majjal, specjalment il-bacon li huwa tant mahbub mal-Maltin. Minbarra l-ikel, kull min jattendi ser ikun jista jsegwi attivita msejjha Pig Race li zgur il-pubbliku ser jiehu gost jara waqt din l-attivita. Iżda d-deputat Żejtuni tal-PN kelliem għad-drittijiet tal-annimali fuq facebook qal li se jagħmel minn kollox biex iwaqqafha. Anke jekk hawn min jaħseb li aħjar ħanżir jarah itellaq milli magħmul f'bacon.

Tajjeb li nsemmu, li hawn kontroversja bejn Maltin min jissaportja l-bacon (meat lovers) u min huwa kontra (vegans).  Matul The Bacon Festival, ser inhallu dawn l-argumenti fil-genb, u ser naghmlu attivita attrajenti fejn ser ikun hem mil fuq minn ghoxrin platt differenti fosthom:- Pig roast, bacon sticks, pork burger with bacon, sausage burger with bacon, bacon kebab,  bacon bomb, bacon mozarella sticks, sausage wrapped in bacon, pasta with bacon, pizza bacon u pork shanks, kif ukoll specjalita li huma gelat bil-bacon u bacon cocktail.

Ma jistax jonqos li ma jkunx hemm inbid lokali, kif ukoll stage bl-iskejjel ta’ zfin lokali, kif ukoll diversi artisti lokali.

Parking mhux problema, peress li ser jinfethu xi ghelieqi fil-vicinanzi biex b’hekk il-pubbliku ma jkollux problema ta’ parkegg.

Aktar informazzjoni dwar The Bacon Festival tista tinkiseb online minn fuq https://www.facebook.com/events/129209020823916/

 

More in Divertiment