(FILMAT) Wieħed mill-grupp popolari 'The Tenors' hu Malti

L-ILLUM għamel kuntatt miegħu u għamillu intervista esklussiva

Victor Micallef twieled il-Kanada minn missier mill-Imsida u omm minn Ħaż-Żebbuġ. Miżżewweġ Maltija tal-Kanada, Catherine Fenech u għandu tifel Zachariah li qatt għadu ma żar Malta. Victor hu artist fenominali fil-Kanada u l-Amerka fejn anke taha wirjiet flimkien mal-grupp tiegħu The Tenors quddiem ir-reġina u ma' Celine Dion fost oħrajn. Kulfejn idoqqu jimlew swali u anke stadia. Dan hu filmat ta' waħda mid0-diski li tant iħobb ikanta 'Nessun Dorma'.

Victor qalilna li għandu ħolma li jkanta quddiem il-poplu Malti għax hu kburi bl-oriġini tiegħu li hu Malti u kulfejn imur jiftaħar b'din il-gżira.

Filmat ieħor ta' meta the Tenors kantaw ma' Celine Dion.

Intervista esklussiva ma' Victor Micallef fuq il-ħarġa tal-ILLUM ta' għada

More in Divertiment