Krakovja fil-Polonja:- belt bi storja, mimlija attivita u rħisa

Ikomplu l-vjaġġi tal-Bużu

Il-Pjazza prinċipali ta' Krakovja, bil-karruzzelli u l-knsija ta' Santa Maria
Il-Pjazza prinċipali ta' Krakovja, bil-karruzzelli u l-knsija ta' Santa Maria

Krakovja (Krakow) mhux biss hi belt mimlija storja u belt meraviljuża, hi wkoll it-tieni l-akbar Belt fil-Polonja u li jgħixu fiha kważi miljun u nofs abitant.

Għalkemm Krakovja hi maqsuma bejn 19-il distrett bla dubju li min iżur din il-belt skwiżita se jintefa fl-Old Town Centre li hi ċ-ċentru ta’ kollox, shopping, ħajja li ma tieqaf qatt, ristoranti, clubs, bars u dak kollu li wieħed jista jgawdi f’din il-belt li qatt ma niddejjaq inżur.

Jekk tħobb ix-shopping tista tmur Galleria Krakowska barra t-triq Florianski. Iżda Krakovja ma tmurx għax-shopping biss. Il-pjazza Rynek Klowny hi l-akbar pjazza medjevali fl-ewropa, mdawra b’kafetteriji u ristoranti b’eluf ta’ siġġijiet u mwejjed li xorta tista ssibha diffiċli biex issib post fejn tpoġġi.

Fit-triq li mill-pjazza twassal sa’ Wawel Hill hemm madwar 20 knisja arkitettonament differenti minn xulxin. Dan barra l-Knisja ta’ Santa Marija li tinsab fiċ-ċentru tal-pjazza b’ikona meraviljuża li tinfetaħ biss għal ftit ħin f’nofs in-nhar. Fit-torri ta’ din il-knisja kull siegħa joħroġ trumbettier fuq l-erba naħat idoqq il-Hejnał Mariacki li tifisser St Mary’s. Skont leġġenda fl-1241 waqt invażjoni tal-Mongoli fil-Polonja, għassies fit-torri ried jagħti l-allarm lir-residenti billi jdoqq il-Hejnal, iżda l-mongoli sparawlu vleġġa dirett lejn griżmejh.

Triq dritta u twila mill-pjazza twasslek Wawel Hill fejn hemm il-Kastell irjali tas-seklu 9 li hu meqjus bħala wieħed mill-aktar kastelli affaxxinanti fl-Ewropa u li jinsab 228 metru fuq il-livell tal-baħar. Hemm fuq wieħed isib ukoll il-Wawel Cathedral fejn San Ġwann Pawlu II kien iservi ta’ isqof. Ġenna tar-ritratti.

Tinżel u kważi ssib ruħek f’Kezmierz (il-Jewish Quarter). Parti medjevali fejn il-Lhud marru jgħixu sa mis-seklu 15 meta ħarbu minn Krakovja minħabba l-antisemitiżmu li kien diġa beda jqum fil-Polonja. Il-post hu mimli sinagogi, kaffetteriji u ristoranti b’ikel tradizzjonali Lhudija/Pollakka bil-mużika tradizzjonali tagħhom.

 

Modi kif tgawdi Krakovja

Hemm diversi modi kif tista’ tgawdi Krakovja li ċ-ċentru antik tagħha hu pedonali. Tista ddur dawra bil-karruzzella miġbuda minn żewġt iżwiemel enormi u mill-isbaħ bi prezz li ġġebdu kemm trid sont kemm tkunu nies. Tħajrek tirkeb mara sabiħa li wara li jirnexxilha ftit jew xejn tagħti kasek. Interessanti l-fatt li l-ħmieġ taż-żwiemel jinġabar fi speċi ta’ ħarqa u hemm postijiet b’tankijiet apposta fejn jieqfu u jarmu l-ħmieġ fihom.

dawra mal-belt fuq taxi elettrika
dawra mal-belt fuq taxi elettrika

Tista ddur il-belt b’taxi bil-mutur għal ftit ewro.

Bit-trasport pubbliku li hu ris u komdu wieħed jista jżur iz-zoo b’entratuta ta’ €5 li jinsab sitwat f’ambjent sabiħ għalkemm ikollu nammetti li l-gaġeġ rajthom kemmxejn żgħar għal ċertu annimali li f’dan iz-zoo issib razez mhux tas-soltu.

Tista wkoll iżżur il-bet b’mixja ma’ gwida mqabbad mill-Gvern Pollakk li jdawrek dawra mal-postijiet interessanti bil-mixi bla ħlas (forsi xi tip żgħira wara l-mixja) Interessanti u edukattiva mmens u tkun rajt u fhimt l-istorja kollha sabiħa u mqanqla ta’ din il-belt ta’ poplu li bata wisq sew taħt in-Nazi kif ukoll taħt il-Komunisti.

 

Auschwitz:- biex qatt ma nerġgħu mmorru fil-passat
Auschwitz:- biex qatt ma nerġgħu mmorru fil-passat

X’għandek tiekol u n-night life

L-ikel f’din il-belt Pollakka hu wieħed bnin u irħis ħafna. Ikla kompluta tiġik irħas minn ‘meal’ fil-McDonalds. Ippruvaw duqu s-soppa jew il-goulash fil-ħobż, fejn wara s-soppa tista tiekol il-ħobża (chlopskie Jadlo), inkella forma ta’ ravjul mimli, bil-mushrooms, ġobon, cranberries jew laħam (pierogi), dan barra deżerti u cakes skwiżiti. U jekk trid snack mgħaġġel duqu iz-zapiekanka li tinbiegħ minn kiosks u hi forma ta’ baguette.

Bħala nightlife hemm diversi clubs u bars. Iżda hemm ukoll gentleman’s clubs fejn tinduna bihom għax fil-pjazza u t-toroq wieħed jilmaħ tfajliet bl-umbrelel kkuluriti li kif jarawk raġel waħdek jiġu jħajruk tidħol f’dawn il-clubs.

 

Eskursjonijiet barra Krakovja

rafting fil-pyenini Mountains:- xenarju spettakolari
rafting fil-pyenini Mountains:- xenarju spettakolari

Hemm diversi postijiet sbieħ fejn iżżur minn Krakovja fejn l-aktar popolari huma s-salt mines WIELICZKA, Auschwitz, ir-rafting fil-Pyenini Mountains u Zakopane. Is-Salt mines u zakopane nissuġerilkom tmorru bit-trasport pubbliku fejn hu ferm irħis u l-lukandi jgħidulkom minfejn taqbduhom. Filwaqt li għal Auschwitz u Rafting innegozjaw prezz minn diversi ħwienet ċkejknin fiċ-ċentru li kollha jbiegu dawn l-eskursjonijiet. Mil-Lukanda toħduhom ogħla.

 

 

Kif tasal Krakovja

 

L-uniku mod kif tasal Krakovja hu bir-Ryan Air li jwasslek f’ajruport li hu fil-livell ta’ dak li kellna 30 sena ilu f’Ħal-Luqa iżda li jidher li qed jinbena mill-ġdid. Biex tmur fil-lukanda li tagħżel nagħtikom parir li tordnaw taxi minfejn tiġbor il-bagalja (għax huma l-irħas) u bbukkjaw il-vjaġġ tar-ritorn dak il-ħin biex tieħu l-inqas prezz għax jekk tibbukkjaha wara jkollok tħallas xi ftit iżjed. Tista anke tieħu karrozza tal-linja iżda tant hi rħisa t-taxi li hu aktar komdu bit-taxi.

 

 

More in Divertiment