Il-kantanti ta' Gillian Attard fuq programm ieħor televiżiv fl-Italja

La 5 bil-programm 'Tra Sogno e Realta'

La Voix Academy mhux biss ċentru ta’ kant, iżda huwa post fejn it-talent huwa mgħallem, u żviluppat bl-aħjar modi possibli, grazzi għal numru t’għalliema, li għandhom kemm esperjenza, kif ukoll kwalifiċi. Riċentament lura minn suċċess internazzjonali, wara l-avventuri ta’ Christina Magrin fil-programm “Next Star” u Naolene Borg “TI AMO”fir-Rumanija, kif ukoll it-truppa ta’ studenti li kkompetew fil-programm “Una Stella Sta Nascendo”, l-attenzjoni issa ddur fuq programm televiżiv ġdid, “Tra Sogno e Realta”.
“Tra Sogno e Realta”, preżentat mill-veterana Emanuela Follieri, ġie ddisinjat speċifiament għall-istazzjon La 5, ħa jkollu repetizzjonijiet fl-aħjar ħinijiet tal-ispettaklu fuq Italia Uno u Mediaset Extra, b’attirazzjoni ta’ miljuni f’udjenza.  Wieħed għandu j’nnota li l-Italja għandha ċerta imħabba lejn it-talent tat-tfal, u b’hekk isir minn kollox sabiex jiġi pubbliċizzat, fl-istess ilma ta’ “Io Canto” u “Ti Lascio Una Canzone”. Kull ġimgħa, ġurija professjonali ħa tkun qedgħa tiġġudika t-talent, sakemm jiġu magħżula l-finalisti, li imbagħad jikkompetu f’serata liema bħala, hekk kif it-Taljani jafu jorganizzaw.
Gillian Attard, Direttriċi Vokali ta’ La Voix Academy tinsab kuntentissima li ġiet din l-opportunità għall-istudenti tagħha, għaliex ħa jkollhom iċ-ċans li “juru t-talenti tagħhom quddiem miljuni ta’ telespettaturi, u bla ebda dubju li se jagħmlu unur għal Malta”.
 

More in Divertiment