Jess Glynne mhux se tkun tista' tkanta fl-Isle of MTV

Il-kantanta tħassar l-appuntament tagħha f'Malta, kif ukoll kunċerti oħra li kellha mal-Ewropa
 

Il-kantanta Jess Glynne li kellha tkun parti mill-ispettaklu annwali tal-Isle of MTV f'Malta, kellha tħassar l-appuntament tagħha hekk kif ser ikollha tagħmel operazzjoni fil-kordi vokali. 

Fi stqarrija intqal li Glynne mhux se tkun tista' tkanta fl-edizzjoni ta' din is-sena, li ser isir fis-7 ta' Lulju fuq il-Fosos tal-Furjana.

"Nifhmu li Jess hija diżappuntata ħafna li ħa titlef dan l-ispettaklu, kif ukoll oħrajn li għandha mal-Ewropa fis-sajf li ġej. Aħna ser inkomplu nagħtu l-aħħar aħbarijiet dwar l-Isle of MTV ta' din is-sena, iżda għalissa nixtiequ li Jess tirkupra malajr, u nittamaw li kulħadd għadu eċitat għas-7 ta' Lulju li jmiss!" kompliet id-dikjarazzjoni uffiċjali min-naħa tal-Isle of MTV.

More in Divertiment