Il-band Maltija WaterWings f'kompetizzjoni biex tieħu sehem f'Sziget Festival

L-għażla ser issir permezz ta' votazzjoni mill-pubbliku fuq is-sit tal-festival stess
 

Il-band Maltija WaterWings bħalissa tinstab f'kompetizzjoni sabiex jintagħżlu bands differenti biex idoqqu fil-festival ta' fama internazzjonali ta' Szieget. Dan il-festival huwa wieħed mill-akbar fl-Ewropa, li jsir kull Awwissu fil-belt Ungeriża ta' Budapest.

F'dan il-festival ta' ġimgħa ikun hemm aktar minn 1,000 band u artist li jagħtu spettaklu lill-eluf li jżuruh kull sena. 

Mill-kompetizzjoni li fiha qed jieħdu sehem WaterWings, ser jintagħżel artist jew band biex idoqqu fil-festival ukoll, flimkien ma' ismijiet ta' fama internazzjonali li ta' kull sena idoqqu u jkantaw f'dan l-istess festival.

Il-votazzjoni qed issir fuq is-sit stess, fejn wieħed jista' jsib aktar informazzjoni fuq il-kompetizzjoni. Kulħadd huwa mħeġġeġ li jivvota għall-WaterWings billi jagħfas hawn - u kemm jista', jxerred il-kelma.

 

More in Divertiment