Miss Balzan hi r-reġina l-ġdida ta' Malta

Se tirrappreżenta lil Malta f'Miss Grand International fit-Tajlandja

ritratt minn snap art - Benjamin Sant
ritratt minn snap art - Benjamin Sant

Għoxrin finalista kkompetew għal dan it-titlu ta' Miss Malta 2015 fejn fl-ewwel post ikklassifikat Miss Balzan (Sarah Mercieca) ta’ 24 sena, fit-tieni post Miss Gżira (Nicolà Grixti) u fit-tielet post Miss San Pawl il-Baħar (Louisa Abela).

Sarah Mercieca rebħet diversi rigali fosthom ser ikollha l-opportunità li tirrappreżenta lil Malta fil-konkors Miss Grand International ġewwa t-Tajlandja. Sarah ser ikollha wkoll sena mimlija intervisti u sejħiet f’diversi programmi tat-televiżjoni, gazzetti u rivisti. Kif ukoll se tkun involuta f’avvenimenti fosthom dawk li fihom jinġabru flus għall-karità. F’dawn l-avvenimenti għal ġbir ta’ fondi ser tkun akkumpanjata mir-rebbiehħa tat-titlu Miss Solidarity li hija Miss Valletta (Nathalie Camilleri).

More in Divertiment