Echosmith u Tori Kelly kkonfermati għall-Isle of MTV 2015

Se jkunu qed jagħtu spettaklu flimkien ma' DJ Martin Garrix, Jason Derulo u Jess Glynne

Ikkonfermati żewġ artisti oħra għall-Isle of MTV Malta ta' din is-sena - Echosmith u Tori Kelly. L-edizzjoni ta' din is-sena ħa ssir it-Tlieta 7 ta' Lulju, fuq il-Fosos tal-Furjana.

Dan ifisser li l-artisti kkonfermati għal din is-sena huma DJ Martin Garrix, Jason Derulo, Jess Glynne, Echosmith u Tori Kelly - li beħsiebhom jattiraw aktar minn 50,000 persuna għall-ispettaklu li d-dħul għalih huwa b'xejn, u li jattira Maltin imma wkoll eluf ta' turisti lejn gżiritna.

Il-grupp Echosmith se jkun qed ikantaw u jdoqqu kanzunetti mill-album tad-debut tagħhom "Talking Dreams". Il-band hija magħmula mill-aħwa Jamie, Noah, Sydney and Graham Sierota will take to the stage of Il-Fosos Square Floriana. Echosmith l-aktar li huma magħrufa għal kanzunetti li daħlu fil-klassifiki internazzjonali bħalma hi l-kanzunetta "Cool Kids"

Tori Kelly min-naħa l-oħra se tiftaħ l-ispettaklu b'kanzunetti mill-album debut tagħha "Unbreakable Smile". Tori bdiet il-karriera tagħha meta għamlet cover version tal-kanzunetta "Thinking about you" ta' Frank Ocean, u minn YouTube bdiet tikber sakemm issa hija kantanta li qed tagħmel suċċess internazzjonalment.

Dan hu avveniment li jittella' b'kollaborazzjoni bejn l-MTV U l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. 

 

 

More in Divertiment