Edward Zammit Lewis iżur is-sett ta' Apocalypse Slough

Teledramm b'atturi famużi bħalma huma Robe Lowe, Mathew Bynton u Jenna Fisher
 

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Films, Edward Zammit Lewis żar is-sett ta' Apocalypse Slough - teledramm li qed jinġibed f'Malta b'atturi ta' preġju għoli, u li fiha qed jidhru xeni mill-isbaħ f'Malta.

Il-Ministru qal li din is-sena beħsiebhom jsiru bosta produzzjonijiet ta' livell għoli f'Malta. L-industrija tal-films lokali jidher li qed tkompli tikber u qed trendi b'mod tajjeb lill-ekonomija tal-pajjiż.

Apocalypse Slough ħa jibda jixxandar fuq Sky 1 aktar tard din is-sena - u fih qed jaħdmu atturi bħalma huwa Robe Lowe, Mathew Bynton, Jenna Fisher, Megan Millally, Pauline Quirke, Paterson Joseph u Joel Fry.
 
 

More in Divertiment