Vidjo mużikali b'messaġġ qawwi

'The Captain' mingħand Keys on the Wall - Vidjo b'baġit ta' żero

L-istudenti tal-film, 'Hands On', u bl-għajnuna ta' HandsOn FilmLab u FilmHub Malta, ikkollaboraw mal-band lokali Keys on the Wall biex joħolqu vidjo mużikali. Dan il-vidjo mużikali tad-diska The Captain tqajjem messaġġi soċjali biex ikun hemm iktar kuxjenza fuq il-konsegwenzi tas-sustanzi illegali u ċ-ċirku vizzjuż li dan iġib magħhom.

L-udjenza fil-mira ta' dan il-vidjo huma dawn l-istess żgħażagħ, imma mhux biss għaliex tappella wkoll għall-ġenituri tagħhom.

Il-prodott finali tal-vidjo jirrifletti l-ħidma u l-isforz li tefgħu fih dawk kollha li kienu involuti. Dan il-vidjo sar b'baġit żero fejn intużaw il-faċilitajiet b'xejn tal-iskola, waqt li għadda mill-istadji kollha tal-produzzjoni ta' vidjo mużikali.

More in Divertiment