[FILMAT] Madonna taqa' t-taraġ

Madonna ta' 56 sena tat prova kemm għadha fit meta fil-Brit Awards waqgħet it-taraġ u kompliet tkanta

 

 

Il-kantanta ta' 56 sena kienet qed tagħlaq iċ-ċerimonja f'Londra b'wirja spettakolari tal-kanzunetta 'Living for Love' meta tfixklet f'mant twil iswed fejn jekk taraw sew jidher li xi ħadd miż-żeffiena rġiel rifisulha u nġibdet lura u waqgħet diversi turġien għal dahara. Iżda jidher li l-fatt li Madonna hi 'fit' immens, qisu ma ġara xejn u kompliet tkanta.

 

"Il-mant kien marbut wisq miegħi! Iżda xejn ma jista' jżommni u l-imħabba reġgħet qajmitni" - bl-aħħar biċċa tkun referenza għall-kliem tal-istess diska li kienet qed tkanta waqt li waqgħet.

Ara l-filmat sħiħ tad-diska.

 

More in Divertiment