[FILMAT] Lady Gaga tisraq l-attenzjoni fl-Oscars

Lady Gaga tagħti spettaklu b'medley ta' siltiet mill-musical Sound of Music fl-Oscars

Lady Gaga flimkien ma' Julie Andrews fuq il-palk
Lady Gaga flimkien ma' Julie Andrews fuq il-palk

Ilbieraħ saret is-87 edizzjoni tal-Academy Awards, jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala l-Oscars.

Fost l-ispettaklu li offriet is-serata kien hemm il-kantanta Lady Gaga, li minflok ma għamlet xi diska mir-repertorju tagħha qabdet il-bard lill-udjenza preżenti u lil miljuni li kienu qed isegwu mid-djar tagħhom b'medley mid-diski tal-musical Sound of Music.

Fejn is-soltu Gaga tidher tagħmel affarijiet ta' barra minn hawn waqt l-ispettakli tagħha, din id-darba Gaga kienet imdawra b'orkesta, xenarju sempliċi imma maġiku u mingħajr ebda żeffiena kantat medley mill-musical popolari Sound of Music.

Wara, il-persuna li kienet għamlet il-parti ewlenija fil-film, Julie Andrews, ingħaqdet magħha fuq il-palk awguratilha u għannqitha.

More in Divertiment