Giovanni Caccamo jirbaħ is-sessjoni ta' 'Le Nuove Proposte'

Biggio & Mandelli, Lara Fabian con Voce, Raf u Anna Tatangelo inqalgħu mis-serata finali

Giovanni Caccamo rebaħ Le Nuove Proposte bid-diska Ritornerò da te. Fil-finali rebaħ lil Kutso b'56% tal-voti. Giovani Caccamo iddedika ir-rebħa lil missieru.

San Remo dis-sena qed ikollu suċċ1ess kbir fejn qed jarawh 'il fuq minn 10.5 tat-Taljani li huma l-50% tan-nies li jaraw it-televiżjoni f'dak il-ħinijiet. 

Is-sittax-il finalista li se jikkompetu bejniethom illejla huma Grazia Di Michele u Mauro Coruzzi bid-diska Io sono una finestra, Bianca Atzei b' Solo al mondo, Alex Britti b'Un attimo importante, Gianluca Grignani b'Sogni Infranti, Marco Masini b'Che giorno è, Moreno b'Oggi ti parlo così, Nina Zilli b'Sola, Nek b'Fatti avanti amore, Annalisa b'Una finestra tra le stelle, Nesli b'Buona fortuna amore, Chiara bi Straordinario, Dear Jack b'Il mondo esplode tranne noi, Malika Ayane b'Adesso e qui, Lorenzo Fragola bi Siamo uguali, Irene Grandi b'Un vento senza nome, Il Volo bi Grande Amore.

 

More in Divertiment