Imħabbra d-data tal-Isle of MTV 2015

Id-disa' edizzjoni ta' Isle of MTV se ssir fuq il-Fosos tal-Furjana fis-7 ta' Lulju

L-Isle of MTV se jsir fis-7 ta' Lulju
L-Isle of MTV se jsir fis-7 ta' Lulju

Għadu kif tħabbar li d-disa' edizzjoni tal-Isle of MTV se terġa' ssir fuq il-Fosos tal-Furjana, nhar it-Tnejn, is-7 ta' Lulju.

L-MTV għadu kif ħabbar id-data fuq il-paġna uffiċjali ta' Facebook.

Dan l-avveniment sar wieħed minn dawk l-avvenimenti l-iktar mistennija fil-bidu tas-sajf f'Malta. Din hija d-disa' edizzjoni ta' din il-festa ta' mużika fejn tul is-snin rat artisti kbar bħal Lady Gaga, Akon, Black Eyed Peas, Nicole Scherzinger, David Guetta, Snoop Dogg, LMFAO u Enrique Iglesias fost ħafna oħrajn.

Il-lista tal-artisti ta' din is-sena għadha mhux imħabbra.

More in Divertiment