Spettaklu ta' enerġija żagħżugħa f'De La Salle

Jirritornaw Lasallian Nights 2015 b'LOST

Il-Kunsill tal-Istudenti ta’ De La Salle reġa’ lura b’serata oħra. Din is-sena ġiet magħżula t-tema ta’ ‘Lasallian Nights 2015: LOST’.

L-istorja tibda b’dawra tipika bl-ajruplan lejn il-Hawaii. Hemmhekk, l-ajruplan ikollu diversi problemi u jiltaqa’ ma’ turbolenza u minħabba f’hekk, jinżel u jaħbat b’saħħa mal-art. Dawk li jirnexxilhom isalvaw jeħtieġilhom li jaħdmu flimkien biex jirnexxilhom jibqgħu ħajjin, u dan bil-għajnuna ta’ diversi karattri li jiltaqgħu magħhom matul it-triq.

Dawn is-serati se jsiru fis-16,17 u 18 ta’ Jannar u l-biljetti jistgħu jinxtraw permezz ta’ email lil [email protected] jew telefonata fuq 99193897.

Titilfux serata ta' enerġija żagħżugħa minn studenti tal-kulleġġ De La Salle.

More in Divertiment