Federica ivvutata l-ewwel minn sit Grieg

Il-qarrejja ta' okiotimes jipprevedu li Federica se tirbaħ illejla

Junior Europrediction 2014: it’s Malta!

Il-website Griega li hi magħrufa għal mod kif issegwi l-Junior Eurovision u anke l-Eurovision innifsu ħabbret li wara xahar ta' voti, dalgħodu ingħaddu l-voti tal-qarrejja ta' din il-website li ġejjin minn kull pajjiż fl-Ewropa u dawn skont huma Federica se tkun ir-rebbieħa tal-lejla. Il-parteċipanti ġew mitluba li jivvutaw mill-1 sa 16 skont min jixtiequ li jirbaħ.

Matul dan ix-xahar kienu Ċipru u l-Bulgarija li kienu qed jissieltu fuq quddiem flimkien ma' Malta, iżda kienu l-Italja li finalment spiċċaw it-tieni. Ivvutaw 5,682 li huma uniċi u ħadd ma seta jivvopta darbtejn. 

Wieħed irid jifhem ukoll li l-Junior Europrediction mhix votazzjoni xjentifika u tista tfisser u tista ma tfisser xejn. Id-deċiżjoni finali tittieħed mill-ġurija u mill-poplu waqt il-festival tal-lejla. 

JUNIOR EUROPREDICTION 2014

01. Malta – Federica Falzon
02. Italy – Vincenzo Cantiello
03. Cyprus – Sophia Patsalides
04. Russia – Alisa Kazhikina
05. Ukraine – Trio Sympho-Nick
06. Belarus – Nadezhda Misyakova
07. Bulgaria – Krisia, Ibrahim & Hasan
08. Armenia – Betty
09. Slovenia – Ula Ložar
10. The Netherlands – Julia van Bergen
11. Georgia – Lizi Pop
12. Serbia – Emilija Djonin
13. Croatia – Josie
14. Sweden – Julia Kedhammar
15. San Marino – The Peppermints
16. Montenegro – Maša & Lejla

More in Divertiment