Żvelati min kienu l-ġurija fis-serata tal-bieraħ

Fost il-ġurija, Chrysander Agius u l-mara ta' Gordon Bonello

Chrysander Agius kien wieħed mill-ġurija lbieraħ
Chrysander Agius kien wieħed mill-ġurija lbieraħ
Amber, waħda mill-finalisti ta' nhar is-Sibt
Amber, waħda mill-finalisti ta' nhar is-Sibt
Corazon, ukoll finalista tas-Sibt li ġej
Corazon, ukoll finalista tas-Sibt li ġej

Għadhom kif tħabbru l-persuni li ffurmaw il-ġurija ta' kull pajjiż, inkluż dawk li kienu parti mill-ġurija ta' Malta. Il-ġurija diġà għamlu xogħolhom fis-serata li ttellgħet ilbieraħ, allura l-voti huma diġà magħduda u verifikati.

Għal Malta, kienu dawn li taw il-vot tagħhom:

Jolene Micallef - Persuna li dan l-aħħar bdiet tikteb il-lirika tal-kanzunetti, fosthom, flimkien ma' oħrajn kitbet it-tema #together. Jolene hija ukoll il-mara ta' Gordon Bonello, wieħed mill-persuni li huma involuti sew fl-organizzazzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest.

Mro.Paul Abela - Surmast u mużiċista popolari f'pajjiżna li dan l-aħħar inħatar surmast tal-orkestra tal-PBS.

Chrysander Agius - Preżentatur u komiku fi ħdan il-PBS. Il-persuna li lbieraħ spiċċa janima l-udjenza fis-sala xħin telaq id-dawl

Amber Bondin - Kantanta u parteċipanta fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Malta Eurovision Song Contest li se ssir il-ġimgħa d-dieħla fl-istess post li qed issir il-Junior Eurovision Song Contest. Amber ilbieraħ kienet parti mill-ispettaklu wkoll, meta kienet parti mill-kor gospel Animae, li lbieraħ akkumpanjaw lil Gaia Cauchi

Corazon Mizzi - Kantanta u parteċipanta wkoll fl-edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest tal-ġimgħa d-dieħla.

Ma' dawn ingħaqdet ukoll Maxine Pace li kienet il-membru fil-ġurija tat-tfal. Maxine hija kantanta f'La Voix Academy.

Intant, illejla s-serata tibda fis-7pm u għaliha jistgħu jivvutaw it-telespettaturi minn madwar l-Ewropa. Il-voti tal-ġurija jammontaw għal 50%, u t-televot jammonta għal 50% l-oħra.

More in Divertiment