[FILMAT] Jerġgħu jingħaqdu l-S Club 7

Ilbieraħ ingħaqdu mill-ġdid l-S Club 7 f'avveniment tal-karità

Ilbieraħ S Club 7 għamlu medley tal-aqwa diski tagħhom
Ilbieraħ S Club 7 għamlu medley tal-aqwa diski tagħhom

 

Il-grupp li fil-passat seraq tant qlub ta' adolexxenti, S Club 7, ilbieraħ reġa' ngħaqad f'attività organizzata mill-BBC biex tiġbor fondi għat-tfal fil-bżonn.

Il-grupp magħmul minn seba' żgħażagħ, Tina Barrett, Paul Cattermole, Rachel Stevens, Jo O'Meara, Hannah Spearritt, Bradley McIntosh u Jon Lee, għamlu medley tal-aqwa diski li kellhom fil-passat, fosthom Don't Stop Movin' u S Club Party.

Jidher li dan l-ispettaklu qajjem diversi reazzjonijiet. Ħafna huma kuntenti li reġgħu ġeddu l-memorji ta' dawk id-diski li tant qattgħu xagħarhom magħhom u oħrajn ilmentaw fuq il-vuċijiet tal-kantanti li donnhom ġralhom xi ħaġa...

More in Divertiment