L-EBU għandha fiduċja sħiħa fil-Maltin

"Ftuħ mill-isbaħ, spettaklu eċċezzjonali, serata li m'hemm xejn xi tmaqdar"

Federica waqt is-serata tal-bieraħ filgħaxija. Ritratt - JJ Chircop
Federica waqt is-serata tal-bieraħ filgħaxija. Ritratt - JJ Chircop
Federica waqt is-serata tal-bieraħ filgħaxija. Ritratt - JJ Chircop
Federica waqt is-serata tal-bieraħ filgħaxija. Ritratt - JJ Chircop
Federica waqt is-serata tal-bieraħ filgħaxija. Ritratt - JJ Chircop
Federica waqt is-serata tal-bieraħ filgħaxija. Ritratt - JJ Chircop

Ftuħ mill-isbaħ, spettaklu eċċezzjonali, serata li m'hemm xejn xi tmaqdar... hekk kien deskritt l-Junior Eurovision Song Contest tal-bieraħ filgħaxija. Fil-fatt, ilbieraħ, il-Ġimgħa, fix-Ship Building ittellgħet is-serata finali fejn ivvutaw il-ġurija. Serata li għalija attendew 'l fuq minn 4,000 ruħ.

Is-serata bdiet eżatt fil-ħin, jiġifieri fis-7pm, iżda sfortunatament fit-tieni kanzunetta, kien hemm qtugħ fid-dawl fuq il-palk. Kuntrarju ta' dak li ġie rrapurtat f'mezzi oħra tal-mezzi tax-xandir 'online', fix-Ship Building ma kien hemm l-ebda paniku żejjed, iżda l-organizzaturi kkontrollaw sew is-sitwazzjoni mal-ewwel ftit minuti. Skont is-sit ufficjali junioreurovision.tv, il-problema kienet ġejja mill-ġeneraturi li jagħtu l-qawwa tad-dawl għall-iscreens LED's.

Rigward dan issejħet konferenza lill-ġurnalisti, fejn matulha s-Supervisor Eżekuttiv għall-Junior Eurovision Song Contest fi ħdan l-EBU, Mr. Vladislav Yakovlev stqarr li l-EBU għandha fiduċja assoluta fil-PBS biex jipproduċi serata eċċezzjonali llejla. Min-naħa l-oħra Anton Attard, Kap Eżekuttiv tal-PBS u l-produttur tal-ispettaklu, assigura lil kulħadd li kull miżura ta' sigurtà ttieħdet u li llejla kollox huwa f'postu għall-akbar Junior Eurovision Song Contest fl-istorja.

Intant, lil hinn minn dan, Federica Falzon tat prestazzjoni mill-aqwa.Il-Kanzunetta Maltija tkantat fil-15-il post u hekk kif spiċċat l-aħħar nota tal-kanzunetta 'Diamonds', l-udjenza preżenti qamet bilwieqfa u ċċapċap. Federica Falzon kellha l-unika 'standing ovation' mill-udjenza. Mill-bieraħ għal-lum komplew il-kummenti pożittivi fuq Federica, fuq il-kanzunetta Maltija u fuq Malta.

Illejla, il-poplu Malti u l-poplu Ewropej se jkun qed igawdi l-isbaħ spettaklu fl-istorja tal-Junior Eurovision Song Contest. Dan jintqal ukoll fl-introduzzjoni tal-preżentattriċi, Moira Delia, fejn issellem lill-udjenza kollha fl-Ewropa u tistedinhom issegwu dan l-ispettaklu mtella' mill-iżgħar pajjiż fl-Ewropa.

It-trasmissjoni tibda fis-7pm u mistennija tintemm għall-ħin tad-9:30pm.

Ezatt wara li tintemm is-serata finali, ikun hemm konferenza mir-rebbieħ/a tal-Junior Eurovision Song Contest 2014.

More in Divertiment