Claudia Faniello fuq Summer Hit Song Contest

Iktar parteċipanti u Faniello titkellem fuq il-karriera tagħha

Il-kantanta popolari Claudia Faniello hija fost il-mistiedna speċjali tas-sitt programm mis-sensiela popolari, ‘Summer Hit Song Contest’, li qed tixxandar għall-ewwel darba fuq f Living nhar ta’ Tnejn fit-8.30pm.

Fil-programm ta’ din il-ġimgħa se nitkellmu aktar mal-kantanta Claudia Faniello u se niskopru x’inhu għaddej fil-karriera mużikali tagħha. Se jkollna wkoll l-opportunità nsegwu l-vidjo mużikali li nediet ftit tal-ġranet ilu għall-aħħar diska tagħha bit-titlu, ‘One Fine Day’.

F’dan is-sitt programm, fuq produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Deo Grech u Ignatius Farrugia, inkomplu niltaqgħu mal-kantanti li qed jipparteċipaw fl-edizzjoni tas-Summer Hit Song Contest 2014. Fil-programm tal-lum jipparteċipaw Odessa Green, Marie Claire, Dayle Camilleri, Janice Mangion, Danica Muscat, Rita Pace u Audrey Marie.

More in Divertiment