Il-Budaj imfakkar b’wirja interattiva fi Splendid

Din il-wirja għandha l-għan tesplora l-Budaj, mhux biss billi ddaħħal oġġetti assoċjati mal-prattika tiegħu bħala wieħed mill-għannejja Maltin, iżda wkoll bħala artist, poeta u ħabib

Il-Qagħda tal-Mument se tesebixxi kontenut li qatt ma deher qabel mill-kollezzjoni personali ta’ Frans Baldacchino l-Budaj. 

L-installazzjoni awdjoviżiva, ikkurata minn Sarah Chircop, qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Magna Żmien, u se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn id-19 u l-25 ta’ Mejju fi Splendid il-Belt Valletta. 

Din il-wirja għandha l-għan tesplora l-Budaj, mhux biss billi ddaħħal oġġetti assoċjati mal-prattika tiegħu bħala wieħed mill-għannejja Maltin, iżda wkoll bħala artist, poeta u ħabib. 

Il-Budaj miet ħabta u sabta fl-2006, iżda kien jirrappreżenta mewġa ġdida għall-għana, li tipikament hija msejsa fuq il-forom, ir-ritmi u l-kadenzi tagħha. 

Din il-wirja hija parti minn Ritmu Roots Festival li hu ddedikat għaċ-ċelebrazzjoni tat-tradizzjonijiet mużikali. 

Ritmu Roots Festival se jibda mis-17 u jintemm fil-25 ta’ Mejju li se jseħħ f’diversi postijiet, fosthom żewġt iljieli fil-ġonna tal-Argotti fl-24 u l-25 ta’ Mejju. 

More in Arti