La Semana Santa – Esebizzjoni ta’ aktar minn 200 statwetta fl-Imqabba

​Aktar minn 200 statwetta tal-Passjoni ta’ Kristu, minn diversi lokalitajiet fi Spanja, se jkunu esebiti f’wirja

Aktar minn 200 statwetta tal-Passjoni ta’ Kristu, minn diversi lokalitajiet fi Spanja, se jkunu esebiti f’wirja. 

L-istatwetti huma mżejnin bi lbies tal-bellus fin, bi ħjata kulur id-deheb jew il-fidda, u b’kollox magħmul bl-idejn.  

L-esebizzjoni se tinvolvi wkoll wirja ta’ tpinġijiet, medalji u ritratti ta’ purċissjonijiet Spanjoli.  

Din il-wirja twiegħed li tkun xhieda tal-ħila artistika li tinkorpora l-fidi u se sservi bħala pont bejn il-kultura Maltija u Spanjola.  

Il-wirja se ssir fil-Palazz Santa Marija, l-Imqabba, u se tkun miftuħa għall-pubbliku f’dawn il-ġranet: 

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:00pm – 9:30pm. Ħadd il-Palm: 9:45am – 12:30pm, 5:30pm – 10:00pm. Ħamis ix-Xirka: 10:00am – 12:00pm – 5:00pm – 12:00am. Il-Ġimgħa l-Kbira: 9:00am – 1:00pm. Ħadd il-Għid: 10:00am – 12:00pm. 

More in Arti