Il-kantanta u kantawtriċi Claire Tonna f’MOVIMENTO

Claire Tonna, kantanta u kittieba tal-lirika, se tkun qed taqsam tekniki relatati mal-kitba tal-kanzunetti u l-arti li tittrasforma l-ħsieb f’espressjoni artistika

MOVIMENTO hija serje ta’ ħames taħditiet pubbliċi u interattivi ppreżentati mill-perspettiva ta’ artisti ’l barra miż-żfin. F’forma ta’ għanja u arti, MOVIMENTO jistieden lill-udjenza jaqsmu l-esperjenzi tagħhom relatati ma’ arti, żfin u kant.  

Għal darb’oħra, f’dan l-istaġun, ħames artisti se jużaw il-ħiliet artistiċi tagħhom bħala lenti biex jesploraw il-moviment taż-żfin u l-proċess tal-koreografija.  

Għat-tielet appuntament tul dan il-ħames staġun, Claire Tonna, kantanta u kittieba tal-lirika, se tkun qed taqsam tekniki relatati mal-kitba tal-kanzunetti u l-arti li tittrasforma l-ħsieb f’espressjoni artistika. Se jsir workshop li fih Claire se taqsam għodda li jsaħħu l-ġenwinità u n-narrattiva emozzjonali fl-arti.  

Claire ilha f’dan il-qasam għal dawn l-aħħar għoxrin sena, fejn dehret f’teatri, festivals, u anke sptarijiet. Fl-2019 rebħet it-titlu u l-premju tal-Best Singer/Songwriter Ewropew ippremjat mit-Tour Music Fest, Sony (l-Italja) u l-Berklee College minn Boston, l-Istati Uniti. 

Dan l-avveniment se jseħħ nhar l-24 ta’ Marzu 2024 fis-18:30-19:45pm fl-istudjo ta’ ŻfinMalta Studios. Persuni minn 12-il sena ’l fuq huma mistidnin jattend

More in Arti