Heritage Malta torganizza historical re-enactment bit-tema ‘Aspetti tal-Castrum Maris’, ġewwa l-Forti Sant Anġlu

Ir-re-enactment se jsir bejn l-10:00 am u l-4:00 pm fejn se jkun hemm rappreżentazzjonijiet li juru l-ilbies u l-armi tas-suldati li kienu stazzjonati ġewwa l-Castrum Maris madwar is-sena 1400

Il-Forti Sant Anġlu hu ħafna differenti minn kif kien jidher fiż-Żmien Medjevali meta kien magħruf bħala Castrum Maris (Kastell ħdejn il-Baħar). Dokumenti storiċi jixħtu dawl dwar ċerti aspetti ta’ dan il-perjodu, fosthom dettalji dwar l-armi u l-provvisti li kienu jintużaw ġewwa l-kastell.

Nhar il-Ħadd, 2 ta’ Frar, Heritage Malta se tkun qed tospita rappreżentazzjonijiet medjevali mill-grupp Historical Re-enactment Group Malta (HRGM) bit-tema ‘Aspetti tal-Castrum Maris’, ġewwa l-Forti Sant’Anġlu l-Birgu.

Mill-10.00am sal-4.00pm, il-pubbliku huwa mistieden iżur dan il-forti fejn se jkun hemm rappreżentazzjonijiet li juru l-ilbies u l-armi tas-suldati li kienu stazzjonati ġewwa l-Castrum Maris madwar is-sena 1400. Il--prezz tad-dħul huwa dak regolari.

Fl-istess okkażjoni, fl-10.00am, il-pubbliku jista’ jingħaqad mal-kuratur għal żjara fil-parti ta’ fuq ta’ Forti Sant’Anġlu (li huwa amministrat mill-Ordni Militari u Sovran ta' Malta), li se tiffoka fuq l-istorja medjevali ta’ dan il-forti, b’attenzjoni partikolari fuq il-binjiet storiċi li jiddataw għal Żmien il-Medju Evu. 

Fosthom hemm id-Dar tal-Kastellan, il-Kappella ta’ Sant’Anna u t-Torri Ċirkulari. Prezz ta’ din iż-żjara: Adulti - €15, Anzjani u Studenti - €10, Tfal - €8.

Għal aktar informazzjoni, żur is-sit tal-Heritage Malta fuq www.heritagemalta.org

More in Arti