Jiddispjaċini li ma libistx suit silver, Briffa jitfa' botta lil Caruana

Il-preżentatur Ron Briffa ħareġ jikkritika d-deċiżjoni li jitwaqqaf il-programm tiegħu tal-Ġimgħa filgħaxija fuq PBS, u staqsa għaliex dan ġie sostitwit mill-programm il-ġdid tal-podcaster Ricky Caruana

Ron Briffa fuq ix-xellug u Ricky Caruana fuq il-lemin
Ron Briffa fuq ix-xellug u Ricky Caruana fuq il-lemin

Il-programm ta’ divertiment ta’ Briffa, XOW, li kien jixxandar il-Ġimgħa filgħaxija, issa ġie sostitwit mill-programm il-ġdid ta’ Ricky Caruana li jibda fit-3 ta’ Ottubru. Għadu mhux magħruf dwar xiex se jkun il-programm ta’ Caruana, iżda skont ħjiel ippubblikati fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, se jkun “programm ta’ dibattitu serju”.

Għalkemm ma semmiex lil Caruana direttament, il-kummenti ta’ Briffa kienu ċari għal kulħadd.

“Jiddispjaċini li ma lbistx suit silver waqt il-programm, ma kontx qed nimxi mal-moda. Jiddispjaċini li kont qed nippreżenta ma’ Jacqui Losco u mhux ma’ ħanżir... għax hekk jitħoqqilhom il-views. Paċenzja.” qal Briffa.

Il-preżentatur b’esperjenza qal li dejjem għamel l-almu tiegħu biex jagħti lill-udjenza programm li jgawdu, minkejja l-kritika fuq il-paġna ta’ Facebook 'Are you being served?' li sejħitlu “nejk u qżież”.

“Grazzi ta’ kull messaġġ, ta’ kull kumment, ta’ kull kritika kostruttiva, u fuq kollox, għall-appoġġ kollu li dejjem urejtulna,” żied jgħid.

Briffa, minkejja li fetaħ il-post tiegħu jgħid li XOW ma kienx se jirritorna fuq l-iskrins tat-televiżjoni, ta ħjiel li jista’ jkun hemm ritorn, meta staqsa lis-segwaċi jekk kinux se jibqgħu mqajmin sal-10:15pm ta’ Ġimgħa.

“Ftit paċenzja… aħjar tard milli qatt!” qal hu.

Il-post imħassar ta' Briffa
Il-post imħassar ta' Briffa

F’dak li jista’ jiġi interpretat bħala risposta lil Briffa, f’post fuq Facebook li issa tħassar, Caruana kien pront weġiblu bi kliem ta’ sfida, u qal li l-għira "toħorġok ta' ħmar.

“Kontra l-verità ma jirbaħ ħadd” żied jgħid.

More in Socjali