Jinħeles Angoua Abdu wara d-dimostrazzjoni tal-bieraħ

Angoua Abdu, li nżamm mill-awtoritajiet wara li r-rikors tiegħu għall-ażil ġie miċħud, hekk kif kien qed jipprova jappella r-rifjut fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu

Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) ħabret li Angoua Abdu inħelles mid-detenzjoni wara d-dimostrazzjoni tal-bieraħ.

Numru ta' attivisti interrompew id-diskors ta' Rebecca Buttigieg waqt konferenza dwar il-progress u l-isfidi tal-komunita' LGBTIQ+ f'Malta bħala parti mill-Ġimgħa tal-Pride. Wara dan l-intervent, l-attivisti tkellmu ma' Buttigieg fejn spjegawla l-każ. 

Wara dan, il-grupp ġie msejjaħ għal laqgħa ma' Mauro Farrugia, l-Kap Eżekuttiv tal-International Protection Agency, fejn tkellmu fuq il-każ flimkien mal-avukati ta' Abdu mill-aditus foundation. Dan wasal għal Abdu biex jinħeles u l-IPA qablet li ser terġa tiftaħ il-każ tiegħu b'proċess ġust.

Angoua Abdu, li nżamm mill-awtoritajiet wara li r-rikors tiegħu għall-ażil ġie miċħud, hekk kif kien qed jipprova jappella r-rifjut fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu

Il-każ jikkonċerna lil Angoua Abdu, li nżamm mill-awtoritajiet wara li l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil ġiet miċħuda. Hu kien qed jipprova jappella r-rifjut fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

"Aħna napprezzaw immens ir-risposta immedjata tal-gvern, imma jrid issir tibdil sistematiku sabiex nassiguraw id-dinjita' u s-sigurta' ta' kulħadd. Id-detenzzjoni għandha dejjem tkun l-aħħar soluzzjoni. Sakemm issir dan, aħna sa nibgħqu' niddeffendu għal kull persuna LGBTIQ+ li qed tfittex l-ażil fuq il-gżira," qalet l-għaqda.

 

 

 

More in Socjali