Bajjiet iffulati huma bajjiet mhux aċċessibli, tgħid l-MFOPD

L-MFOPD tgħid li l-bajjiet iffulati u dawk imniġġsa qed jeskludu n-nies b'diżabilita'

Il-Federazzjoni ta' Organizzazzjonijiet ta' Nies b'Diżabilita' f'Malta (MFOPD) titlob għal-iżjed azzjoni sabiex il-bajjiet jsiru iżjed aċċessibli għan-nies b'diżabilita'.

"Din mhux kwistjoni biss fir-rigward ta' infrastruttura aċċessibli, imma kwistjoni ta' dinjita' u sigurta'," qal kelliem għall-MFOPD. Huma qallu kif ċertu bajjiet bħal dik ta' San Ġorġ u ta' San Pawl il-Baħar huma magħrufa bħala bajjiet imniġġsa minħabba raġunijiet ta' kontaminazzjoni jew oħrajn relatati ma' turiżmu. Dan jaffettwa iżjed lil nies b'diżabilita' li jkollhom inqas bajjiet nodfa u aċċessibli fejn jistgħu jgħumu.

L-għaqda tirrikonoxxi li hemm ċertu bajjiet bħal dik tal-Għadira u tar-Ramla li għandhom fakultajiet aċċessibli bħal rampi u siġġu tar-roti għal baħar, imma dawn il-postijiet qed issiru iżjed popolari u ffulati. Voldieri, ħafna minn dawn il-fakultajiet ikunu diġa qed jintużaw lil hinn mill-kapaċita' tagħhom u passaġġi aċċessibli jkunu ħafna mid-drabi ostakolati.

Il-MFOPD wissiet li l-kwalita' baxxa tal-ilma, flimkien mal-bajjiet iffulati u nuqqas ta' standards tal-aċċessibilita' qed joħolqu "esklussjoni ambjentali" għal persuni b'diżabilita'. Huma appellaw għall-iżjed moniteraġġ tal-kwalita' tal-ilma, flimkien ma' iżjed infurzar ta' standards tal-aċċessibilita' fil-bajjiet il-kbar kollha — bħal iżjed parkeġġ aċċessibli — u regolazzjoni ta' deckchairs u operaturi kummerċjali sabiex passaġġi aċċessibli ma jiġux ostakolati.

"Il-baħar huwa post pubbliku. Jekk ma jkunx aċċessibli, mela mhuwiex verament post pubbliku. Nappellaw lill-awtoritajiet lokali, operaturi turistiċi u regolaturi tal-ambjent sabiex jaħdmu magħna għall-aċċess inklusiv għal baħar għal kulħadd," ikkonkludiet il-president tal-MFOPD Marthese Mugliette

More in Socjali