[RITRATTI] Fenka u kelba jinstabu mkebba flimkien wara li ġew abbandunati

Żewġ annimali abbandunati, kelba u fenka, sabu l-faraġ ta' xulxin sakemm ġew salvati l-Erbgħa waranofsinhar minn f’Wied il-Qlejgħa, magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes

Ritratti: Vuċi għall-Annimali / Facebook
Ritratti: Vuċi għall-Annimali / Facebook

Żewġ annimali abbandunati sabu l-faraġ ta' xulxin sakemm ġew salvati l-Erbgħa waranofsinhar minn f’Wied il-Qlejgħa, magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes.

Il-fenka u l-kelba instabu mill-Malta Ranger Unit u l-Vuċi għall-Annimali, wara li telefonata ddeskrivit lit-tnejn li huwa bħala.

Huma kienu mrekkna taħt ħajt, mkebba ma’ xulxin.

Skont il-ko-fundatriċi ta’ Vuċi għall-Annimali, Althea Galea, il-kelba tar-razza Fox Terrier, lanqas biss għandha sena.

Hi qalet li tittama li l-par jinżammu flimkien, u filwaqt li kkundannat l-abbandun ġenerali tal-annimali domestiċi.

Min-naħa tagħhom, il-Malta Ranger Unit fakkret lill-pubbliku li l-abbandun tal-annimali domestiċi huwa reat. Fakkret wkoll li huwa rekwiżit legali li l-klieb ikollhom microchip kif ukoll tikketta ta’ identità mal-kullar tagħhom.

More in Socjali