Żgħażagħ jissottaw papra bil-ġebel, il-Pulizija jinvestigaw

Tliet individwi ġew osservati jissottaw l-ġebel lejn il-papra fil-Belt Valletta, b'membru tal-pubbliku jirraporta l-att

Filmat juri ż-żgħażagħ jissottaw il-ġebel lejn papra
Filmat juri ż-żgħażagħ jissottaw il-ġebel lejn papra

Il-Malta Ranger Unit (MRU) irrapportat tliet individwi wara li rċivew filmat ta' żgħażagħ li kienu qed iwaddbu il-ġebel lejn papra. L-inċident kien iffilmjat minn membru tal-pubbliku fejn wassal għal azzjoni mill-MRU u l-pulizija.

Skont rapporti, tliet individwi ġew osservati jitfgħu l-ġebel lejn il-papra fil-Belt Valletta, b'gwardjan li kien fil-viċin jinforma lill-Pulizija tal-Belt dwar is-sitwazzjoni u pprovielhom  deskrizzjoni tal-persuni involuti u żammhom aġġornati dwar fejn kienu.

L-MRU bħalissa tinsab fil-proċess li tħejji rapport komprensiv għall-Pulizija ta’ Malta, li se jinkludi ritratti ċari taż-żgħażagħ kif ukoll l-identitajiet tagħhom.

F’aġġornament ipprovdut fit-30 ta’ Marzu, ġie kkonfermat li l-individwi li dehru fil-filmati ġew irrapportati lill-Pulizija tal-Environmental Protection Unit. Issa huma kkonfermati li issejjħu l-għassa tal-pulizija għal aktar interrogazzjonijiet.

More in Socjali