Raġel jisraq żewġ medalji storiċi

Raġel ta' 25 sena mill-Bormla, jisraq żewġ medalji storiċi mill-Mużew Marittimu fil-Birgu b’valur ta’ madwar €400,000 

Justin Mallia ta’ 25 sena mill-Bormla nżamm arrestat wara li prova jisraq żewġ medalji li jmorru lura għal perjodu Franċiż mill-Mużew Marittimu fil-birgu. 

Huwa ġie akkużat fuq serq aggravat, kellu fil-pussess tiegħu żewġ medalji illegalment li jappartjenu lill-Gvern ta’ Malta u talli ffroda lill-Mużew Marittimu. 

Mallia kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta’ tliet pleġġi, l-aħħar pleġġ ingħatalu kmieni dan ix-xahar. 

Mallia rriskja li jitlef €20,800 fi flus ta’ garanzija.

Għall-ewwel, l-akkużat ametta għall-akkużi kontrih u qal li seraq il-medalji biex iħallas lura d-dejn li kellu. 

Il-prosekuzzjoni spjegat kif Mallia ġab tabirruħu ta’ uffiċċjal mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li kien mar biex jagħti xi dokumenti. Inzerta li kien hemm attività għall-studenti, allura s-sigurtà ħallewh jidħol. 

Wara li l-medalji ġew irrapurtati nieqsa, il-pulizija rrnexxielhom isibu lil Mallia faċilment. Meta ħabbtu fuq il-bieb, Malli tahom mal-ewwel il-medalji li seraq. 

l-imputat biddel l-amissjoni tiegġu għal waħda ta’ mhux ħati. Il-maġistrat Charmaine Galea wissietu li qed jaffaċċja sentenza ta’ tmien snin ħabs. 

Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest. 

B’reazzjoni għall-inċident, Heritage Malta rringrazzjat lill-Pulizija tal-intervent tagħhom, filwaqt liu qalet li kien possibbli grazzi għall-azzjoni immedjata tas-sigurtà tal-Mużew u għas-sistemi ta’ CCTV. 

Il-medalji kienu ppremjati lill-mexxejja u membri tal-Kungress Nazzjonali fl-1800 u fl-1801, li kienu ġġieldu għal-liberazzjoni ta’ Malti mill-Franċiżi. 

Il-midalji huma rari ħafna u, għalhekk, ta’ valur, partikolarment minħabba s-sinifikat storiku tagħhom għall-istorja ta’ Malta.

More in Socjali