Mara li għaddiet minn esperjenza ta' vjolenza domestika u bintha jispiċċaw bla saqaf fuq rashom

Appelli għall-għajnuna mill-pubbliku għal bżonnijiet tat-tarbija minn Kunsilliera f'Birżebbuġa li qed tgħin fil-każ...

Mara li għaddiet minn esperjenza mill-aktar kerha ta' vjolenza domestika spiċċat tkeċċiet minn darha flimkien ma' bintha - tarbija tat-twelid - bla saqaf fuq rasha. Din is-sitwazzjoni mwiegħra waslet biex Kunsilliera minn Birżebbuġa, Josette Busuttil, flimkien ma' diversi nies daħlu għal din il-mara u bintha billi offrewlha post fejn tgħix b'mod temporanju. 

Minkejja dan il-bżonnijiet huma kbar hekk kif din il-mara tħalliet ta' fuqha senduqa b'tarbija u għalhekk Busuttil qed tappella għall-għajnuna urġenti, hekk kif hemm bżonn ta' ħalib NAN 1 u nappies size 4 għat-tarbija wkoll. 

Josette Busuttil qed titlob lil dawk kollha li jixtiequ jgħinu biex jagħmlu kuntatt magħha fuq in-numru 98112532.

More in Socjali