L-Awtorità tas-Saħħa tħabbar li daqshekk PCR jew rapid test għal passiġġieri bla ċertifikat tal-vaċċin

Malta kienet fost l-aħħar ħames pajjiżi Ewropej b'restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar kontra l-Covid-19

Fuq direzzjoni f’livell ta’ Unjoni Ewropea, mill-25 ta’ Lulju 2022, passiġġieri li mhumiex fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin jew ċertifikat tal-irkupru, mhumiex se jkunu mitluba jippreżentaw PCR jew rapid test negattiv qabel jidħlu f’pajjiżna.

Ritratt ta' bajja fiċ-Ċipru
Ritratt ta' bajja fiċ-Ċipru

Malta hi wieħed mill-ħames pajjiżi Ewropej illi għad għandhom fis-seħħ numru ta’ restrizzjonijiet tal-ivvjaġar kontra l-Covid-19. L-erba’ pajjiżi l-oħra huma Franza, Spanzja, l-Olanda u l-Lussenburgu. Il-kumplament tal-pajjiżi Ewropej l-oħra, inkluż il-kompetituri ta’ Malta, (l-Italja, Ċipru u t-Turkija) kollha neħħew ir-restrizzjonijiet. 

Fil-fatt, sit internazzjonali li elenka l-ħames pajjiżi b’restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar, offra għażliet oħra ta’ pajjiżi simili f’każ li turisti mhux ivvaċċinati jixtiequ jżuru l-kontinent Ewropew. Fil-każ ta’ Malta, is-sit irrakomanda lil Ċipru li neħħa r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar. Ċipru, l-istess bħall-Italja u t-Turkija, neħħew ir-restrizzjonijiet lura f’Ġunju.

Tajjeb infakkru li persuni li jridu jidħlu Malta, s'issa, ikollhom jagħmlu kwarantina sakemm ma jurux wieħed minn tliet dokumenti, prova tat-tilqim, prova ta’ rkupru mill-COVID-19 jew inkella riżultat negattiv għal test ta’ qabel it-tluq.

Nies li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa jridu jagħmlu kwarantina għal 10 ijiem. Il-kwarantina tista’ tispiċċa fit-tmien jum, wara riżultat negattiv tat-test fis-seba’ jum

L-aħħar pajjiż Ewropej li neħħa r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar kien il-Portugal, fil-bidu tal-Lulju.

Fuq direzzjoni f’livell ta’ Unjoni Ewropea, mill-25 ta’ Lulju 2022 passiġġieri li mhumiex fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin jew ċertifikat tal-irkupru, mhumiex se jkunu mitluba jippreżentaw PCR jew rapid test negattiv qabel jidħlu f’pajjiżna.

More in Socjali