462 każ ġdid u 1,261 persuna tfieq mill-Covid f'24 siegħa... iżda jmutu ħamsa

Il-każi attivi jibqgħu neżlin u n-nies fl-Isptar baqgħu stabbli...

Fl-aħħar 24 siegħa n-numri relatati mal-Covid-19 komplew neżlin hekk kif fiequ total ta' 1,261 persuna filwaqt li kien hemm 462 każ ġdid ta' Covid-19. Dan ifisser li x-xejra 'l isfel fin-numru ta' każi attivi komplew. 

Minkejja dawn in-numri "pożittivi" fl-aħħar 24 siegħa kien hemm ukoll ħames persuni li tilfu ħajjithom li huwa l-akbar numru ta' persuni li mietu waqt li kienu pożittivi minn meta faqqgħet il-pandemija f'Marzu 2020. 

Fl-isptar hemm 108 persuna li minnhom tmienja huma fl-ITU, li jfisser illi baqgħu stabbli. 

More in Socjali